Rivelazzjoni
12 U deher sinjal kbir+ fis-sema, mara+ mżejna bix-xemx, u bil-qamar taħt saqajha, u b’kuruna taʼ tnax-il kewkba fuq rasha, 2 u kienet tqila. U bdiet tgħajjat bl-uġigħ+ u bl-agunija tagħha biex tiled.
3 U deher sinjal ieħor fis-sema, u, ara, dragun kbir lewn in-nar,+ b’sebat irjus u għaxart iqrun, u fuq irjusu sebaʼ dijademi; 4 u denbu+ kaxkar terz mill-kwiekeb+ tas-sema, u waddabhom ’l isfel lejn l-art.+ U d-dragun baqaʼ wieqaf quddiem il-mara+ li kienet waslet biex tiled,+ sabiex, malli tiled, jiblaʼ+ lit-tarbija tagħha.
5 U wildet iben,+ tifel, li għandu jirgħa lill-ġnus kollha b’xettru tal-ħadid.+ U t-tarbija tagħha ttieħdet lejn Alla u lejn it-tron tiegħu.+ 6 U l-mara ħarbet fix-xagħri,+ fejn kellha post imħejji minn Alla, biex hemmhekk jitimgħuha+ għal elf, mitejn u sittin jum.+
7 U faqqgħet gwerra fis-sema: Mikiel+ u l-anġli tiegħu tqabdu mad-dragun, u d-dragun u l-anġli tiegħu tqabdu 8 imma ma rebaħx, u ma kienx għad hemm post għalihom fis-sema. 9 Għalhekk, twaddab għal isfel id-dragun il-kbir,+ is-serp oriġinali,+ dak li hu msejjaħ Xitan+ u Satana,+ li qed iqarraq bl-art abitata kollha;+ twaddab ’l isfel lejn l-art,+ u l-anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu. 10 U smajt leħen għoli fis-sema jgħid:
“Issa bdew iseħħu s-salvazzjoni+ u l-qawwa+ u s-saltna t’Alla tagħna+ u l-awtorità tal-Kristu tiegħu,+ għax twaddab għal isfel l-akkużatur taʼ ħutna, dak li lejl u nhar jakkużahom quddiem Alla tagħna!+ 11 U huma rebħulu+ minħabba d-demm tal-Ħaruf+ u minħabba l-kelma li xehdu dwarha,+ u ma ħabbewx ħajjithom*+ saħansitra meta ġew wiċċ imbwiċċ mal-mewt. 12 Għalhekk, ifirħu smewwiet u intom li tgħammru fihom!+ Gwaj+ għall-art u għall-baħar,+ għax ix-Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”+
13 Issa meta d-dragun ra li kien twaddab ’l isfel lejn l-art,+ ippersegwita lill-mara+ li wildet lit-tifel. 14 Imma lill-mara ngħatawlha ż-żewġ ġwienaħ taʼ l-ajkla l-kbira,+ sabiex ittir fix-xagħri+ lejn postha; hemmhekk tiġi mitmugħa+ għal żmien u żminijiet u nofs żmien+ ’il bogħod minn wiċċ is-serp.+
15 U s-serp qalaʼ minn ħalqu bħal xmara ilma+ wara l-mara, biex jgħarraqha bix-xmara.+ 16 Imma l-art ġiet biex tgħin lill-mara,+ u l-art fetħet ħalqha u belgħet ix-xmara li d-dragun kien qalaʼ minn ħalqu. 17 U d-dragun imtela bil-korla għall-mara,+ u mar biex jiggwerra kontra l-bqija taʼ nisilha, dawk li josservaw il-kmandamenti t’Alla u li għandhom ix-xogħol li jixhdu+ dwar Ġesù.