Lhud
1 Alla, li żmien twil ilu kellem lil missirijietna ħafna drabi+ u b’ħafna modi permezz tal-profeti,+ 2 fi tmiem dan iż-żmien+ kellem lilna permezz taʼ Iben,+ li ħatru werriet taʼ kollox,+ u li permezz tiegħu għamel+ is-sistemi. 3 Hu r-riflessjoni tal-glorja tiegħu+ u r-rappreżentazzjoni eżatta taʼ l-istess natura tiegħu,+ u jżomm kollox flimkien bil-kelma tal-qawwa tiegħu;+ u wara li għamel purifikazzjoni għal dnubietna+ qagħad bil-qiegħda fuq il-leminija+ tal-Maestà fil-postijiet għoljin.+ 4 Għalhekk, sar aqwa mill-anġli,+ tant li wiret isem+ iktar eċċellenti minn tagħhom.
5 Per eżempju, lil liema wieħed mill-anġli qatt qallu: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek”?+ U jerġaʼ: “Jien stess insir missieru, u hu stess isir ibni”?+ 6 Imma meta jerġaʼ jġib lill-Ewwel Imwieled+ tiegħu fuq l-art abitata, jgħid: “U ħa jmilu quddiemu+ l-anġli kollha t’Alla.”+
7 Ukoll, dwar l-anġli jgħid: “U jagħmel lill-anġli tiegħu spirti, u lill-qaddejja pubbliċi tiegħu fjamma tan-nar.”+ 8 Imma dwar l-Iben: “Alla hu t-tron tiegħek għal dejjem+ taʼ dejjem, u x-xettru taʼ saltnatek+ hu xettru rett.+ 9 Int ħabbejt il-ġustizzja, u bgħadt il-ksur tal-liġi. Huwa għalhekk li Alla, Alla tiegħek, dilkek+ biż-żejt tal-ferħ iktar minn sħabek.”+ 10 U: “Int fil-bidu, O Mulej, qegħedt is-sisien taʼ l-art, u s-smewwiet huma għemil idejk.+ 11 Dawn jgħibu, imma int innifsek dejjem se tibqaʼ; u bħal libsa+ lkoll jiqdiemu, 12 u tkebbibhom bħal mantar,+ bħal libsa; u huma jinbidlu, imma int tibqaʼ l-istess, u sninek qatt ma jispiċċaw.”+
13 Imma dwar liema wieħed mill-anġli qatt qal: “Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi, sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk”?+ 14 M’humiex ilkoll spirti+ għal servizz pubbliku,+ mibgħutin biex jaqdu lil dawk li se jirtu+ s-salvazzjoni?