Ġeremija
2 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi,+ tgħidli: 2 “Mur, għajjat f’widnejn Ġerusalemm u għid, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Jien niftakar tajjeb il-qalb tajba bl-imħabba li min-naħa tiegħek urejt f’żgħożitek,+ l-imħabba meta tgħarrast,+ il-mixi tiegħek warajja fix-xagħri, f’art mhix miżrugħa.+ 3 Israel kien xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova,+ l-ewwel frott Tiegħu.”’+ ‘Dawk kollha li jipprovaw jibilgħuh isiru ħatjin.+ Il-gwaj jiġi fuqhom,’ kienet il-kelma taʼ Ġeħova.”+
4 Isimgħu kelmet Ġeħova, O dar Ġakobb,+ u intom il-familji kollha taʼ dar Israel.+ 5 Hekk qal Ġeħova: “X’sabu fija missirijietkom li ma kienx ġust,+ biex tbiegħdu minni,+ u baqgħu mexjin wara l-idolu fieragħ+ u saru fiergħa huma stess?+ 6 U ma qalux, ‘Fejn hu Ġeħova, Dak li tellagħna mill-art taʼ l-Eġittu,+ Dak li mexxiena minn ġod-deżert, minn art xagħrija+ u bil-ħofor, minn art bla ilma+ u ħafna dlam,+ minn art li ħadd m’għadda minnha u li ebda bniedem m’għammar fiha?’
7 “U jien ġibtkom f’art bħal ġnien tal-frott, biex tieklu frottha u l-affarijiet tajbin tagħha.+ Imma intom dħaltu u niġġistuli arti; u l-wirt tiegħi għamiltuh xi ħaġa mistkerrha.+ 8 Lanqas il-qassisin ma qalu, ‘Fejn hu Ġeħova?’+ U dawk li kellhom il-liġi f’idejhom ma kinux jafuni;+ u l-istess rgħajja dinbu kontrija,+ u anki l-profeti pprofetizzaw f’isem Bagħal,+ u mxew wara dawk li ma setgħu jġibulhom l-ebda benefiċċju.+
9 “‘Għalhekk, se jibqaʼ jkolli xi ngħid magħkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u se jkolli xi ngħid maʼ wlied uliedkom.’+
10 “‘Imma għaddu sa l-artijiet taʼ mal-baħar tal-Kittin+ u araw. Iva, ibagħtu staqsu f’Kedar+ u qisu l-kwistjoni sew, u araw jekk qattx saret ħaġa bħal din.+ 11 Qatt xi ġens partat allatu,+ saħansitra maʼ dawk li m’huma allat xejn?+ Imma l-poplu tiegħi stess partat il-glorja tiegħi maʼ dak li ma jistaʼ jġib l-ebda benefiċċju.+ 12 Stagħġbu u ċċassaw b’dan, O smewwiet; u tkexkxu b’biżaʼ kbir,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova,+ 13 ‘għax żewġ affarijiet ħżiena għamel il-poplu tiegħi: Telqu lili,+ is-sors taʼ l-ilma ħaj,+ sabiex iħaffru ġwiebi għalihom, ġwiebi miksurin, li ma jistgħux iżommu l-ilma fihom.’
14 “‘Jaqaw Israel xi qaddej,+ jew ilsir imwieled fid-dar? Għala nħataf bħala priża? 15 L-iljuni b’saħħithom jgħajtu għalih;+ għollew leħinhom.+ U lil pajjiżu għamluh oġġett taʼ stagħġib. Il-bliet tiegħu ngħataw in-nar, u għalhekk ma baqaʼ ħadd jgħix fihom.+ 16 Anki wlied Nof*+ u Taħfanes+ baqgħu jieklu mill-qorriegħa taʼ rasek.+ 17 Mhux int stess ġibtu fuqek dan billi tlaqt lil Ġeħova Alla tiegħek+ waqt li kien qed imexxik fit-triq?+ 18 U issa x’jinteressak mit-triq għall-Eġittu+ biex tixrob l-ilmijiet tas-Siħor?+ U x’jinteressak mit-triq għall-Assirja+ biex tixrob l-ilmijiet tax-Xmara?* 19 Il-ħażen tiegħek għandu jikkoreġik,+ u l-atti tiegħek taʼ infedeltà għandhom iwiddbuk.+ Mela, kun af u ara li hi xi ħaġa ħażina u taʼ mrar+ li tlaqt lil Ġeħova Alla tiegħek, u int xejn ma bżajt minni,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati.
20 “‘Għax żmien twil ilu jien kissirt il-madmad tiegħek biċċiet;+ qsamt l-irbit tiegħek fi tnejn. Imma int għedt: “M’iniex se naqdik,” għax fuq kull għolja kbira u taħt kull siġra tħaddar+ kont mixħuta kif ġie ġie,+ tipprostitwixxi ruħek.+ 21 U min-naħa tiegħi, jien kont ħawwiltek bħala dielja ħamra prima,+ kollha kemm hi żerriegħa tajba. Mela kif inbdilt lejja u sirt bħar-rimjiet salvaġġi taʼ dielja barranija?’+
22 “‘Imma avolja tinħasel bl-alkali* u tuża ħafna sapun,*+ l-iżball tiegħek jibqaʼ tebgħa quddiemi,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 23 Kif tistaʼ tgħid, ‘Jien ma tniġġistx.+ Wara l-Bagħalim ma mxejtx’?+ Ara triqtek fil-wied.+ Aħseb sew x’għamilt. Ġemla żgħira u ħafifa tiġri ’l hemm u ’l hawn bla skop fi triqatha; 24 żebra+ mdorrija fix-xagħri, b’ruħha mxennqa, ixxomm ir-riħ;+ fiż-żmien li titgħammar, min jistaʼ jdawwarha lura? Dawk kollha li jkunu qed ifittxuha ma jegħjewx. Fix-xahar tagħha jsibuha. 25 Tħallix lil sieqek tkun ħafja u lil griżmejk ikollhom l-għatx.+ Imma int għedt, ‘Kollu taʼ xejn!+ Le! Sirt inħobb lill-istranġieri,+ u warajhom se nimxi.’+
26 “Bħall-mistħija li jħoss ħalliel meta jinqabad, hekk stħaw dawk taʼ dar Israel,+ huma, is-slaten tagħhom, il-prinċpijiet tagħhom u l-qassisin tagħhom u l-profeti tagħhom.+ 27 Qed jgħidu lil siġra, ‘Int missieri,’+ u lil ġebla, ‘Int ulidtni.’ Imma lili tawni daharhom u mhux wiċċhom.+ U fi żmien il-gwaj se jgħiduli, ‘Qum u eħlisna!’+
28 “Imma fejn huma allatek li għamilt għalik?+ Ħa jqumu huma jekk jistgħu jsalvawk fi żmien il-gwaj tiegħek.+ Għax allatek saru daqs l-għadd taʼ blietek, O Ġuda.+
29 “‘Għala tibqgħu tiħduha kontrija?+ Għala dnibtu kontrija, ilkoll kemm intom?’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 30 Għalxejn sawwattilkom ’l uliedkom.+ Ma laqgħu l-ebda dixxiplina.+ Sejfkom belaʼ lill-profeti tagħkom, bħal iljun li qed jagħmel ħerba.+ 31 O ġenerazzjoni, ara għalik innifsek il-kelma taʼ Ġeħova.+
“Jaqaw jien sirt bħal xagħri għal Israel,+ jew pajjiż taʼ dlam ċappa? Dawn, in-nies tiegħi, għala qalu, ‘Iġġerrejna ’l hemm u ’l hawn. M’aħniex se niġu iżjed għandek’?+ 32 Tistaʼ verġni tinsa t-tiżjin tagħha, u għarusa t-trieħi taʼ madwar sidirha? U madankollu, il-poplu tiegħi nsieni għal jiem bla għadd.+
33 “Int* għala toqgħod tippjana triqtek bir-reqqa biex tfittex l-imħabba? Kien għalhekk ukoll li lil triqatek int għallimthom affarijiet ħżiena.+ 34 Barra minn hekk, fuq ħwejġek instabu l-marki tad-demm taʼ ruħ+ l-imsejknin innoċenti.+ Dan ma kienx għax huma daħlu jisirqu, imma l-marki taʼ demmhom sibthom fuq ħwejġek kollha.+
35 “Imma int tgħid, ‘Jien bqajt innoċenti. Żgur li hu reġġaʼ lura r-rabja tiegħu minn fuqi.’+
“Ara, jien dieħel f’kontroversja miegħek talli għedt, ‘Ma dnibtx.’+ 36 Għala tqisha ħaġa m’hi xejn li biddilt triqtek?+ Se tistħi wkoll minħabba l-Eġittu+ bħalma stħajt minħabba l-Assirja.+ 37 Minħabba f’hekk ukoll se tmur b’idejk fuq rasek,+ għax Ġeħova ċaħad lil dawk li fdajt fihom, u mhux se tirnexxi magħhom.”