Rumani
14 Ilqgħu lil min għandu xi dgħjufija+ fil-fidi tiegħu, imma mhux biex tieħdu deċiżjonijiet fuq mistoqsijiet interni.+ 2 Min għandu l-fidi jiekol kollox,+ imma min hu dgħajjef jiekol il-ħaxix. 3 Min jiekol ħa ma jmaqdarx lil min ma jikolx,+ u min ma jikolx ħa ma jiġġudikax lil min jiekol, għax Alla laqgħu lil dan. 4 Int min int biex tiġġudika l-qaddej taʼ dar ħaddieħor?+ Jara sidu jekk iżommx wieqaf jew jaqax.+ Tabilħaqq, iżomm wieqaf, għax Ġeħova jistaʼ jżommu wieqaf.+
5 Min jiġġudika jum bħala li hu superjuri għal ieħor+ u min jiġġudika jum bħala li hu bħall-oħrajn kollha;+ ħa jkun kull bniedem konvint għalkollox f’moħħu. 6 Min josserva l-jum josservah għal Ġeħova. Ukoll, min jiekol, jiekol għal Ġeħova,+ għax hu jrodd ħajr lil Alla;+ u min ma jikolx, ma jikolx għal Ġeħova,+ iżda xorta jrodd ħajr lil Alla.+ 7 Fil-fatt, ħadd minna ma jgħix biss għalih innifsu,+ u ħadd ma jmut biss għalih innifsu; 8 għax jekk ngħixu, ngħixu għal Ġeħova,+ u jekk immutu, immutu għal Ġeħova.+ Għalhekk, kemm jekk ngħixu u kemm jekk immutu, aħna taʼ Ġeħova.+ 9 Kien għalhekk li Kristu miet u reġaʼ ħa l-ħajja+ sabiex ikun Mulej fuq il-mejtin+ u fuq il-ħajjin.+
10 Imma għala tiġġudika lil ħuk?+ Jew għala tmaqdar lil ħuk? Għax ilkoll se nidhru quddiem it-tron tal-ġudizzju+ t’Alla; 11 għax hu miktub: “‘Daqskemm jien ħaj,’ jgħid Ġeħova,+ ‘kull irkoppa tintlewa quddiemi, u kull ilsien jirrikonoxxi lil Alla quddiem kulħadd.’”+ 12 Għalhekk, mela, kull wieħed minna se jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.+
13 Għaldaqstant, ħa ma niġġudikawx+ iktar lil xulxin, imma minflok ħa tkun din id-deċiżjoni tagħkom:+ li quddiem ħukom+ ma tpoġġu xejn li jistaʼ jfixklu+ jew iwaqqgħu. 14 Jien naf u nħossni persważ fil-Mulej Ġesù li xejn m’hu mniġġes fih innifsu;+ imma jekk bniedem iqis li xi ħaġa hi mniġġsa, għalih tkun imniġġsa.+ 15 Għax jekk minħabba l-ikel ħuk qed jitnikket, m’għadekx timxi fi qbil maʼ l-imħabba.+ Minħabba l-ikel tiegħek tirrovinax lil min miet għalih Kristu.+ 16 Għalhekk, tħallux it-tajjeb li tagħmlu jsir taʼ żebliħ għalikom. 17 Għax is-saltna t’Alla+ ma tfissirx ikel u xorb,+ imma tfisser ġustizzja+ u paċi+ u ferħ+ bl-ispirtu qaddis. 18 Għax min jitjassar għal Kristu f’dan jogħġob lil Alla u għandu l-approvazzjoni tal-bnedmin.+
19 Għalhekk, mela, ħa niġru wara l-affarijiet li jġibu l-paċi+ u l-affarijiet li bihom nibnu lil xulxin.+ 20 Tibqax iġġarraf ix-xogħol t’Alla sempliċement minħabba l-ikel.+ Veru, kollox hu nadif, imma hu taʼ ħsara għal min jiekol meta jistaʼ jinħoloq tfixkil.+ 21 Hu sewwa li ma tikolx laħam jew li ma tixrobx inbid jew li ma tagħmel xejn li jistaʼ jfixkel lil ħuk.+ 22 Żommha għalik innifsek il-fidi li għandek quddiem Alla.+ Hieni l-bniedem li ma jġibx ġudizzju fuqu nnifsu b’dak li jogħġbu jagħmel. 23 Imma jekk għandu d-dubji, diġà kundannat jekk jiekol,+ għax ma jikolx bil-fidi. Tabilħaqq, dak kollu li ma jsirx bil-fidi hu dnub.+