Rivelazzjoni
5 U fl-id il-leminija taʼ Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron+ rajt romblu miktub minn ġewwa u minn barra,+ siġillat+ tajjeb b’sebaʼ siġilli. 2 U rajt anġlu b’saħħtu jxandar b’leħen għoli: “Min jistħoqqlu jiftaħ ir-romblu u jħoll is-siġilli tiegħu?” 3 Imma la fis-sema la fuq l-art u lanqas taħt l-art ma kien hemm min kien kapaċi jiftaħ ir-romblu u jara x’fih. 4 U nfexxejt f’biki kbir għax ma nstab ħadd li kien jistħoqqlu jiftaħ ir-romblu u jara x’fih.+ 5 Imma wieħed mill-anzjani qalli: “Tibqax tibki. Ara! L-Iljun tat-tribù taʼ Ġuda,+ l-għerq+ taʼ David,+ rebaħ+ u jistaʼ jiftaħ ir-romblu u s-sebaʼ siġilli tiegħu.”
6 U wieqaf fin-nofs ħdejn it-tron+ u f’nofs l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-anzjani+ rajt ħaruf+ li kien qisu ġie maqtul+ u li kellu sebat iqrun u sebaʼ għajnejn, u dawn l-għajnejn ifissru s-sebaʼ spirti+ t’Alla li ntbagħtu maʼ l-art kollha. 7 U mar u minnufih ħadu mill-id il-leminija taʼ Dak li kien bil-qiegħda fuq it-tron.+ 8 U meta ħa r-romblu, l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-erbgħa u għoxrin anzjan+ inxteħtu quddiem il-Ħaruf, u kull wieħed kellu arpa+ u bwieqi tad-deheb mimlijin inċens, u l-inċens+ ifisser it-talb+ tal-qaddisin. 9 U kantaw għanja ġdida+ u qalu: “Int jistħoqqlok li tieħu r-romblu u tiftaħ is-siġilli tiegħu, għax qatluk u b’demmek+ xtrajt+ għal Alla+ bnedmin minn kull tribù u lsien u poplu u ġens, 10 u għamilthom saltna+ u qassisin+ għal Alla tagħna,+ u se jsaltnu+ għal fuq l-art.”
11 U rajt, u smajt il-leħen taʼ ħafna anġli li kienu madwar it-tron u l-ħlejjaq ħajjin u l-anzjani, u l-għadd tagħhom kien mirjadi taʼ mirjadi*+ u eluf t’eluf,+ 12 u qalu b’leħen għoli: “Il-Ħaruf li nqatel+ jistħoqqlu li jirċievi l-qawwa u r-rikkezzi u l-għerf u s-saħħa u l-unur u l-glorja u l-barka.”+
13 U kull ħliqa fis-sema u fuq l-art u taħt l-art+ u fuq il-baħar, u kulma fihom, smajthom jgħidu: “Lil Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron+ u lill-Ħaruf+ ikunu l-barka u l-unur+ u l-glorja+ u s-setgħa għal dejjem taʼ dejjem.” 14 U l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin bdew jgħidu: “Amen!” u l-anzjani+ nxteħtu jagħtu qima.+