27 U Ġob reġaʼ lissen il-kliem t’għerf tiegħu+ u ssokta jgħid:
2 “Daqskemm hu ħaj Alla,+ li ċaħħadni mill-ħaqq,+
U daqskemm hu ħaj Dak li Jistaʼ Kollox, li mlieli ruħi bl-imrar,+
3 Waqt li nifsi għadu kollu ġo fija,
U l-ispirtu t’Alla qiegħed fi mnifsejja,+
4 Xofftejja ma jlissnu ebda inġustizzja
U minn ilsieni ma joħroġ ebda qerq!
5 Lanqas biss jgħaddili minn moħħi li niddikjara li intom nies sewwa!+
Sakemm nieħu l-aħħar nifs ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi!+
6 Inżomm tajjeb mas-sewwa tiegħi, u ma nitilqux;+
Qalbi ma ċċanfarnix għal xi wieħed minn jiemi.+
7 Ħa jsir l-għadu tiegħi bniedem mill-agħar,+
U min jirvella kontrija bħal min jagħmel il-ħażin.
8 Għax x’tama jkollu l-bniedem apostata jekk Alla jqaċċtu ’l barra,+
Jekk jiħodlu ruħu?+
9 Jismagħha Alla l-għajta tiegħu
Jekk jiġi l-hemm fuqu?+
10 Jew isib hu l-għaxqa kbira tiegħu f’Dak li Jistaʼ Kollox?
Isejjaħ hu lil Alla f’kull żmien?
11 Jien ngħallimkom bl-għajnuna t’Alla;
L-għanijiet taʼ Dak li Jistaʼ Kollox ma naħbihomx.+
12 Ara! Intom stess ilkoll kemm intom rajtu viżjonijiet;
Allura, għala intom daqshekk fiergħa?+
13 Dan hu sehem il-bniedem mill-agħar mingħand Alla;+
U l-wirt tat-tiranni jirċievi mingħand Dak li Jistaʼ Kollox.
14 Jekk joktru wliedu, dan ikun għas-sejf;+
U d-dixxendenti tiegħu ma jkollhomx ikel biżżejjed.
15 Dawk li jibqgħulu ħajjin jindifnu matul pesta qattiela,
U r-romol tagħhom ma jibkuhomx.+
16 Jekk igeddes il-fidda bħat-trab,
U jħejji l-ilbiesi daqs it-tafal,
17 Iħejji, iva, hu, imma l-ġust ikun dak li jilbishom,+
U l-innoċenti jkun dak li jkollu sehem mill-fidda.
18 Hu bena daru bħal kamla,
U bħal għarix+ li għamel għassies.
19 Għani jimtedd, imma xejn ma jinġabar;
Għajnejh jiftaħhom, imma xejn ma jkun hemm.+
20 It-twerwir għal għarrieda bħall-ilmijiet jiġi fuqu;+
Bil-lejl riħ taʼ tempesta jġorru.
21 Riħ mil-lvant ikaxkru+ u hu jitlaq ’l hemm,
U jobormu lil hinn minn postu.+
22 Jiġi għal fuqu u ma jkollux ħniena minnu;+
Mill-qawwa tiegħu żgur li se jipprova jaħrab.+
23 Ikun hemm min b’żebliħ iċapċaplu idejh+
U jsaffarlu+ minn postu.