Ekkleżjasti
8 Min hemm bħall-għaref?+ U min jaf kif jinterpreta xi ħaġa?+ L-għerf taʼ bniedem idawwallu wiċċu, u l-ħruxija taʼ wiċċu tinbidel għall-aħjar.+
2 Ngħid: “Ħares l-ordni tas-sultan,+ u dan agħmlu b’rispett għall-ħalfa li għamilt quddiem Alla.+ 3 Tgħaġġilx biex titlaq minn quddiemu.+ Tinvolvix ruħek f’xi ħaġa ħażina.+ Għax kulma jogħġbu jagħmel jagħmlu,+ 4 għax il-kelma tas-sultan għandha l-qawwa li tikkontrolla;+ u min jistaʼ jgħidlu: ‘X’int tagħmel?’”
5 Min qed iħares il-kmandament ma jġarrab ebda għali,+ u l-qalb għarfa tagħraf kemm iż-żmien u kemm il-ġudizzju.+ 6 Għax hemm żmien u ġudizzju għal kull ħaġa,+ peress li l-għali tal-bniedem hu kotran.+ 7 U m’hemm ebda bniedem li jaf x’se jiġri fil-futur,+ għax min jistaʼ jgħidlu eżatt kif se jkun dan?
8 M’hemm ebda bniedem li għandu setgħa fuq l-ispirtu sabiex iżomm l-ispirtu;+ lanqas m’hemm setgħa fuq jum il-mewt;+ u lanqas m’hemm ħelsien mill-gwerra.+ U l-ħażen mhux se jeħles lil dawk li jingħataw għalih.+
9 Rajt dan kollu, u kkunsidrajt b’qalbi kollha kull għemil li sar taħt ix-xemx, matul iż-żmien li l-bniedem iddomina lill-bniedem bi ħsara għalih.+ 10 Imma minkejja dan, rajt lill-ħżiena jindifnu,+ u rajt ukoll kif kienu jidħlu u joħorġu mill-post qaddis,+ u ntesew fil-belt fejn għamlu dan.+ Dan ukoll frugħa.
11 Peress li s-sentenza kontra l-għemil ħażin damet ma twettqet,+ qalb ulied il-bnedmin saret iktar determinata li tagħmel il-ħażin.+ 12 Għalkemm il-midneb jistaʼ jagħmel il-ħażin+ mitt darba u jibqaʼ jagħmel dak li jogħġbu għal żmien twil, jien naf ukoll li dawk li jibżgħu mill-Alla l-veru se jaħbtilhom tajjeb,+ talli kellhom il-biżaʼ tiegħu.+ 13 Imma lill-ħażin+ żgur mhux se jaħbatlu tajjeb, u lanqas ma se jtawwal jiemu, li huma bħal dell,+ għax hu m’għandux il-biżaʼ t’Alla.+
14 Hemm frugħa li qed issir fuq l-art: hemm il-ġusti li qed imisshom dak li jistħoqq lill-ħżiena għal għemilhom,+ u hemm il-ħżiena li qed imisshom dak li jistħoqq lill-ġusti għal għemilhom.+ U għedt li dan ukoll frugħa.
15 U faħħart il-ferħ,+ għaliex il-bnedmin m’għandhom xejn aħjar taħt ix-xemx milli jieklu u jixorbu u jifirħu, u dan għandu jibqaʼ magħhom fix-xogħol iebes tagħhom tul jiem ħajjithom,+ li l-Alla l-veru tahom taħt ix-xemx.+ 16 Fi qbil maʼ dan, jien stinkajt b’qalbi kollha+ biex insir naf l-għerf u nara l-attività li għaddejja fuq l-art,+ għax hemm min mhux qed jara rqad, la bi nhar u lanqas bil-lejl.+
17 U rajt l-għemil kollu taʼ l-Alla l-veru,+ kif il-bnedmin ma jistgħux isibu tarf l-għemil li sar taħt ix-xemx;+ jitħabtu kemm jitħabtu l-bnedmin biex ifittxuh jibqgħu ma jsibuhx.+ U anki jekk jgħidu li għandhom biżżejjed għerf biex ikunu jafu,+ huma ma jistgħux isibu tarf.+