Rivelazzjoni
18 Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-sema, b’awtorità kbira;+ u l-art iddawlet bil-glorja tiegħu.+ 2 U għajjat b’leħen qawwi+ u qal: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja l-Kbira,+ u saret post fejn jgħammru d-demonji u moħba għal kull nifs+ mhux nadif u moħba għal kull tajra mhix nadifa u mibgħuda!+ 3 Għax minħabba l-inbid tar-rabja, l-inbid taż-żína tagħha, il-ġnus kollha sfaw vittmi,+ u s-slaten taʼ l-art żnew+ magħha u l-merkanti taʼ l-art li jivvjaġġaw+ stagħnew minħabba l-qawwa tal-lussu li għexet fih bla mistħija.”+
4 U smajt leħen ieħor mis-sema jgħid: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi,+ jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha,+ u jekk ma tridux tirċievu parti mill-kastigi tagħha. 5 Għax dnubietha nġemgħu u għolew sas-sema,+ u Alla ftakar fl-atti taʼ inġustizzja tagħha.+ 6 Roddulha saħansitra bħalma raddet hi,+ u agħmlulha d-doppju, iva, id-doppju taʼ dak li għamlet;+ fil-kies+ li ħalltet fih ħalltulha+ d-doppju.+ 7 Daqskemm igglorifikat lilha nfisha u għexet f’lussu bla mistħija, daqshekk ieħor agħtuha turment u niket.+ Għax f’qalbha qed tgħid, ‘Jien qiegħda bil-qiegħda bħala sultana,+ u m’iniex armla,+ u qatt ma se nara niket.’+ 8 Huwa għalhekk li f’jum wieħed jiġu l-kastigi tagħha,+ mewt, niket, u ġuħ, u tinħaraq għalkollox bin-nar,+ għax Alla Ġeħova, li ġġudikaha, hu b’saħħtu.+
9 “U s-slaten+ taʼ l-art li żnew magħha u għexu f’lussu bla mistħija se jibku u jħabbtu fuq sidirhom bin-niket għaliha,+ meta jaraw id-duħħan+ tal-ħruq tagħha, 10 waqt li joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-turment tagħha u jgħidu,+ ‘Jaħasra, jaħasra, il-belt il-kbira,+ Babilonja, il-belt b’saħħitha, għax f’siegħa waħda wasal il-ġudizzju tiegħek!’+
11 “Ukoll, il-merkanti taʼ l-art li jivvjaġġaw+ qed jibku u jitnikktu għaliha,+ għax m’għadx hemm min jixtri l-merkanzija kollha tagħhom, 12 il-merkanzija+ kollha taʼ deheb u fidda u ħaġar prezzjuż u perli u għażel fin u porpra u ħarir u skarlat; u kull ħaġa magħmula minn injam aromatiku u kull xorta taʼ oġġett taʼ l-avorju u kull xorta taʼ oġġett magħmul mill-iktar injam prezzjuż u mir-ram aħmar u mill-ħadid u mill-irħam;+ 13 ukoll kannella u ħwawar mill-Indja u inċens u żejt ifuħ u inċens abjad u nbid u żejt taż-żebbuġa u dqiq fin u qamħ u baqar u nagħaġ, u żwiemel u karozzelli u lsiera u erwieħ umani.+ 14 Iva, il-frott mill-aqwa li xtaqet ruħek tbiegħed minnek,+ u l-ħlewwa kollha u l-ġmiel kollu għabu mingħandek, u n-nies qatt iżjed ma jsibuhom.+
15 “Il-merkanti li jivvjaġġaw+ u li jbigħu dawn l-affarijiet u li stagħnew minn fuqha se joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-turment tagħha u jibku u jitnikktu+ 16 u jgħidu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-belt il-kbira,+ liebsa l-għażel fin u l-porpra u l-iskarlat, u mżejna b’abbundanza t’ornamenti tad-deheb u ħaġar prezzjuż u perli,+ 17 għax f’siegħa waħda saru ħerba dawn ir-rikkezzi kollha!’+
“U kull kaptan taʼ bastiment u kull bniedem li jsiefer,+ u baħrin u dawk kollha li jaqilgħu x’jieklu mill-baħar, qagħdu ’l bogħod+ 18 u, waqt li ħarsu lejn id-duħħan tal-ħruq tagħha, għajtu u qalu, ‘Liema belt hi bħall-belt il-kbira?’+ 19 U xeħtu t-trab fuq rashom+ u, waqt li bkew u tnikktu,+ għajtu u qalu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-belt il-kbira, li fiha dawk kollha li kellhom iġfna fil-baħar+ stagħnew+ bis-saħħa taʼ ġidha, għax f’siegħa waħda saret ħerba!’+
20 “Ifraħ minħabba fiha, O sema,+ u anki intom il-qaddisin+ u intom l-appostli+ u intom il-profeti, għax Alla għamel ġudizzju minnha u taha l-kastig minħabba fikom!”+
21 U anġlu b’saħħtu refaʼ ġebla bħal ġebla kbira+ taʼ mitħna u xeħitha fil-baħar+ u qal: “Hekk, bil-ħeffa se tinxteħet għal isfel Babilonja, il-belt il-kbira, u qatt iktar ma terġaʼ tinstab.+ 22 U qatt iżjed+ ma jinstemaʼ fik il-ħoss tal-kantanti li jakkumpanjaw lilhom infushom fuq l-arpa u tal-mużiċisti u tal-flawtisti u tat-trumbettieri, u ebda bniedem taʼ xi sengħa ma jerġaʼ jinstab fik, u ebda ħoss taʼ mitħna titħan ma jerġaʼ jinstemaʼ fik, 23 u ebda dawl taʼ musbieħ ma jerġaʼ jiddi fik, u ebda leħen t’għarus u t’għarusa ma jerġaʼ jinstemaʼ fik;+ għax il-merkanti tiegħek li jivvjaġġaw+ kienu l-kbarat taʼ l-art,+ għax il-ġnus kollha ġew imqarrqin bil-prattika spiritistika tiegħek.+ 24 Iva, fiha nstab id-demm+ tal-profeti+ u tal-qaddisin+ u taʼ dawk kollha li nqatlu fuq l-art.”+