Rivelazzjoni
1 Rivelazzjoni*+ minn Ġesù Kristu, li tahielu Alla,+ biex juri lill-ilsiera tiegħu+ dak li jrid iseħħ dalwaqt.+ Hu bagħat lill-anġlu tiegħu,+ u permezz taʼ dan l-anġlu ppreżentaha b’sinjali+ lill-ilsir tiegħu Ġwanni,+ 2 li xehed dwar il-kelma li ta+ Alla u dwar ix-xiehda li ta Ġesù Kristu,+ u dwar dak kollu li ra. 3 Hieni+ min jaqra b’leħen għoli+ u dawk li jisimgħu l-kliem taʼ din il-profezija+ u josservaw dak li hemm miktub fiha;+ għax qorob iż-żmien stabbilit.+
4 Ġwanni lis-sebaʼ kongregazzjonijiet+ li hemm fid-distrett taʼ l-Asja:
Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand “Dak li hu u li kien u li ġej,”+ u mis-sebaʼ spirti+ li qegħdin quddiem it-tron tiegħu, 5 u mingħand Ġesù Kristu, “ix-Xhud Leali,”*+ “L-ewwel imwieled mill-imwiet,”+ u “Il-Ħakkiem tas-slaten taʼ l-art.”+
Lil dak li jħobbna+ u li ħallna minn dnubietna permezz taʼ demmu stess+— 6 u għamilna saltna,+ qassisin+ għal Alla tiegħu u Missieru—iva, lilu tkun il-glorja u s-setgħa għal dejjem.+ Amen.
7 Ara! Hu ġej mas-sħab,+ u kull għajn tarah,+ u dawk li nifduh;+ u t-tribujiet kollha taʼ l-art iħabbtu fuq sidirhom bin-niket minħabba fih.+ Iva, Amen.
8 “Jien l-Alfa u l-Omega,”*+ jgħid Alla Ġeħova, “Dak li hu u li kien u li ġej,+ li Jistaʼ Kollox.”+
9 Jien Ġwanni, ħukom, li qed nieħu sehem magħkom fit-tribulazzjoni+ u fis-saltna+ u fis-sabar+ taʼ Ġesù,+ kont fuq il-gżira msejħa Patmos talli tkellimt dwar Alla u xhedt dwar Ġesù.+ 10 B’ispirazzjoni+ sibt ruħi+ f’jum il-Mulej,+ u smajt warajja leħen+ qawwi bħal taʼ trumbetta 11 li qal: “Dak li tara iktbu+ f’romblu u ibagħtu lis-sebaʼ kongregazzjonijiet,+ f’Efesu+ u fi Żmirna+ u f’Pergamu+ u fi Tjatira+ u f’Sardi+ u f’Filadelfja+ u f’Laodiċija.”+
12 U dort biex nara taʼ min kien il-leħen li kien qed ikellimni, u, x’ħin dort, rajt sebaʼ gandlieri tad-deheb,+ 13 u f’nofs il-gandlieri xi ħadd bħal bin il-bniedem,+ liebes libsa li kienet tasal sa saqajh u madwar sidru kellu ħżiem tad-deheb. 14 Iktar minn hekk, rasu u xagħru kienu bojod+ bħal suf abjad, bħas-silġ,* u għajnejh bħal fjamma nar;+ 15 u saqajh kienu bħal ram aħmar pur+ li jleqq meta jkun fil-forn; u leħnu+ kien bħall-ħoss taʼ ħafna ilmijiet. 16 U f’idu l-leminija kellu sebaʼ kwiekeb,+ u minn fommu kien ħiereġ sejf b’żewġt ixfar,+ twil u jaqtaʼ, u wiċċu kien bħax-xemx meta tiddi fil-qawwa tagħha.+ 17 U meta rajtu, waqajt ħdejn saqajh bħal wieħed mejjet.
U poġġa idu l-leminija fuqi u qalli: “Tibżax.+ Jien l-Ewwel+ u l-Aħħar,+ 18 u l-ħaj;+ u kont mejjet,+ imma, ara, issa jien ħaj għal dejjem taʼ dejjem,+ u għandi l-imfietaħ tal-mewt+ u tal-Qabar.*+ 19 Għalhekk, ikteb dak li rajt, u dak li hu u dak li se jseħħ wara dan.+ 20 Is-sigriet sagru tas-sebaʼ kwiekeb+ li rajtli f’idi l-leminija u tas-sebaʼ gandlieri tad-deheb+ hu dan: Is-sebaʼ kwiekeb ifissru l-anġli* tas-sebaʼ kongregazzjonijiet, u s-sebaʼ gandlieri jfissru sebaʼ kongregazzjonijiet.+