Mattew
3 F’dawk il-jiem ġie Ġwanni l-Battista+ jippriedka fix-xagħri+ tal-Lhudija, 2 u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot+ is-saltna tas-smewwiet.” 3 Dan, fil-fatt, hu l-wieħed li tkellem dwaru l-profeta+ Isaija meta qal: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Ħejju+ t-triq taʼ Ġeħova! Iddrittaw triqatu.’” 4 Dan Ġwanni kellu lbiesu mix-xagħar+ tal-ġemel u ħżiem+ tal-ġild madwar ġenbejh; u kien jiekol ġurati+ u għasel salvaġġ.+ 5 Imbagħad Ġerusalemm u l-Lhudija kollha u l-pajjiż kollu madwar il-Ġordan marru għandu, 6 u n-nies tgħammdu minnu fix-Xmara Ġordan,+ waqt li stqarrew quddiem kulħadd li kienu midinbin.
7 Meta lemaħ ħafna mill-Fariżej u s-Sadduċej+ ġejjin għall-magħmudija, qalilhom: “Ja nisel il-lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-korla+ li ġejja? 8 Agħmlu mela frott li jixraq lill-indiema;+ 9 u tażżardawx tgħidu fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’+ Għax jien ngħidilkom li Alla kapaċi jqajjem ulied lil Abraham+ minn dan il-ġebel. 10 Il-mannara+ diġà qiegħda maʼ l-għeruq tas-siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat+ u tintefaʼ fin-nar.+ 11 Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma+ minħabba l-indiema tagħkom;+ imma dak li ġej+ warajja hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inneżżagħlu s-sandli minn saqajh.+ Dan jgħammidkom bl-ispirtu qaddis+ u bin-nar.+ 12 Il-midra* qiegħda f’idu, u jnaddaf għalkollox il-qiegħa tiegħu, u jiġbor il-qamħ fil-maħżen,+ imma l-karfa jaħraqha+ b’nar li ma jistax jintefa.”
13 Imbagħad Ġesù ġie l-Ġordan mill-Galilija+ għand Ġwanni biex jitgħammed.+ 14 Imma dan ipprova jwaqqfu, u qallu: “Jien għandi bżonn nitgħammed minnek, u ġejt int għandi?” 15 U Ġesù wieġeb u qallu: “Ħa jkun hekk din id-darba, għax b’dan il-mod hu xieraq biex nagħmlu kulma hu sewwa.”+ Imbagħad ħallieh jitgħammed. 16 Wara li tgħammed, Ġesù minnufih telaʼ mill-ilma; u, ara, is-smewwiet infetħu,+ u hu* ra l-ispirtu t’Alla nieżel bħal ħamiema+ u ġej fuqu.+ 17 U, ara! Instemaʼ wkoll leħen+ mis-smewwiet jgħid: “Dan hu Ibni,+ il-maħbub,+ li lilu jien approvajt.”+