Ġenesi
9 U Alla bierek lil Noè u lil uliedu u qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art.+ 2 U se jibżgħu u jitwerwru minnkom il-ħlejjaq ħajjin kollha taʼ l-art, il-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet, kulma jitħarrek fuq l-art, u l-ħut kollu tal-baħar. F’idejkom nerħihom.+ 3 Kull annimal ħaj li jitħarrek tistgħu tikluh.+ Bħalma tajtkom il-ħaxix aħdar, nagħtikom dan kollu.+ 4 Huwa biss il-laħam b’ruħu+—demmu+—li ma tistgħux tieklu.+ 5 U, minbarra dan, jekk demmkom jixxerred se nitlob kont tiegħu. Jekk jixxerred minn ħliqa ħajja, din għandha tmut. U jekk ħajtek tittieħed minn bniedem, li hu ħuk, se nitlob kont tagħha mingħandu.+ 6 Kulmin ixerred demm il-bniedem, demmu stess se jixxerred minn bniedem ieħor,+ għax Alla għamel lill-bniedem fix-xbieha tiegħu. 7 U intom nisslu u oktru, u ħa tkun l-art miżgħuda bikom u oktru fiha.”+
8 U Alla ssokta jgħid lil Noè u lil uliedu miegħu: 9 “Min-naħa tiegħi, jien se nagħmel il-patt+ tiegħi magħkom u maʼ wliedkom warajkom,+ 10 u maʼ kull ruħ ħajja li hemm magħkom, jiġifieri, it-tjur, il-bhejjem, u l-ħlejjaq ħajjin kollha taʼ l-art magħkom, minn dawk kollha li ħarġu mill-arka sa kull ħliqa ħajja taʼ l-art.+ 11 Iva, nagħmel il-patt tiegħi magħkom: Qatt iktar ma jinqered il-laħam kollu bl-ilmijiet taʼ xi dilluvju, u qatt iktar ma jseħħ dilluvju biex l-art jagħmilha ħerba.”+
12 U Alla żied: “Dan hu s-sinjal+ tal-patt li qed nagħmel bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja li qiegħda magħkom, għall-ġenerazzjonijiet għal żmien indefinit. 13 Inqiegħed il-qawsalla+ tiegħi fis-sħab, u sservi bħala sinjal tal-patt bejni u bejn l-art. 14 U jiġri li meta niġmaʼ s-sħab fuq l-art, il-qawsalla żgur li tidher fis-sħab. 15 U se niftakar fil-patt+ tiegħi li hemm bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja fost il-laħam kollu;+ u l-ilmijiet qatt iktar ma se jsiru dilluvju biex jeqred il-laħam kollu.+ 16 U meta l-qawsalla tidher fis-sħab,+ jien żgur naraha u niftakar fil-patt għal żmien indefinit+ bejni u bejn kull ruħ ħajja fost il-laħam kollu li hemm fuq l-art.”+
17 U Alla reġaʼ qal lil Noè: “Dan hu s-sinjal tal-patt li qed nagħmel bejni u bejn il-laħam kollu li hemm fuq l-art.”+
18 U wlied Noè+ li ħarġu mill-arka kienu Sem, Ħam, u Ġafet. Iktar tard Ħam nissel lil Kangħan.+ 19 Dawn it-tlieta kienu wlied Noè, u minnhom ġiet il-popolazzjoni mxerrda maʼ l-art kollha.+
20 Issa Noè beda bħala bidwi+ u ħawwel għalqa bid-dwieli.+ 21 U beda jixrob l-inbid u siker,+ u għalhekk inkixef f’nofs it-tinda tiegħu. 22 Iktar tard Ħam,+ missier Kangħan, ra l-għera+ taʼ missieru u mar jgħid b’dan liż-żewġ ħutu li kienu barra.+ 23 U Sem u Ġafet ħadu mantell+ u qegħduh fuq spallejhom u daħlu jimxu b’lura. B’hekk, għattew l-għera taʼ missierhom waqt li wiċċhom kien imdawwar in-naħa l-oħra, u ma rawx l-għera+ taʼ missierhom.
24 Fl-aħħar, Noè ġie f’sensih mill-inbid li xorob u sar jaf x’kien għamillu ibnu ż-żgħir. 25 Imbagħad qal:
“Misħut ikun Kangħan.+
Ħa jsir l-inqas wieħed fost l-ilsiera taʼ ħutu.”+
27 Ħa jagħti Alla wisaʼ biżżejjed lil Ġafet,
U ħa jgħammar dan fit-tined taʼ Sem.+
Ħa jsir Kangħan ilsir tiegħu wkoll.”
28 U Noè għex tliet mija u ħamsin sena oħra wara d-dilluvju.+ 29 Mela l-jiem kollha taʼ Noè kienu disaʼ mija u ħamsin sena, u miet.+