Mattew
25 “Imbagħad is-saltna tas-smewwiet issir bħal għaxar verġni li ħadu l-imsiebaħ tagħhom+ u ħarġu jiltaqgħu maʼ l-għarus.+ 2 Ħamsa minnhom kienu boloh,+ u ħamsa kienu għaqlin;+ 3 għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, 4 filwaqt li l-għaqlin ħadu ż-żejt fil-kwies maʼ l-imsiebaħ tagħhom. 5 Peress li l-għarus iddawwar, kollha bdew jonogħsu u raqdu.+ 6 F’nofsillejl instemgħet għajta,+ ‘Wasal l-għarus! Oħorġu ilqgħuh.’ 7 Imbagħad il-verġni kollha qamu u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.+ 8 Il-boloh qalu lill-għaqlin, ‘Agħtuna ftit miż-żejt tagħkom,+ għax l-imsiebaħ tagħna dalwaqt jintfew.’ 9 L-għaqlin+ wieġbu u qalulhom, ‘Għandu mnejn ma jkunx hemm biżżejjed għalina u għalikom. Minflok morru għand dawk li jbigħuh u ixtru għalikom.’ 10 Huma u sejrin jixtru, wasal l-għarus, u l-verġni li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ;+ u l-bieb ngħalaq. 11 Wara ġew ukoll il-bqija tal-verġni u qalu, ‘Sinjur, sinjur, iftħilna!’+ 12 Hu wieġeb u qalilhom, ‘Ngħidilkom il-verità, ma nafkomx.’+
13 “Għalhekk, ibqgħu għassa+ għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.+
14 “Għax dan hu bħal raġel,+ li qabel ma siefer,+ sejjaħ lill-ilsiera tiegħu u ħalla f’idejhom dak li kellu.+ 15 U lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond l-abbiltà tiegħu,+ u siefer. 16 Minnufih dak li ngħata l-ħames talenti mar jinnegozjahom u qalaʼ ħamsa oħra.+ 17 Hekk ukoll dak li ngħata tnejn qalaʼ tnejn oħra. 18 Imma dak li ngħata wieħed biss telaq, ħaffer ħofra fl-art, u ħeba l-flus tal-fidda taʼ sidu.
19 “Wara żmien twil+ ġie sid dawk l-ilsiera u għamel il-kontijiet magħhom.+ 20 Mela dak li ngħata ħames talenti ġie quddiemu u ġab ħames talenti oħra u qallu, ‘Sidi, int fdajtli ħames talenti; ara, jien qlajt ħames talenti oħra.’+ 21 Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali!+ Int urejt fedeltà+ fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’ 22 Imbagħad ġie quddiemu dak li ngħata ż-żewġ talenti u qallu, ‘Sidi, int fdajtli żewġ talenti; ara, jien qlajt żewġ talenti oħra.’+ 23 Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali! Int urejt fedeltà fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’
24 “Fl-aħħar ġie quddiemu+ dak li ngħata talent wieħed u qallu, ‘Sidi, jien kont naf li int raġel li tippretendi ħafna, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx.* 25 Għalhekk bżajt,+ u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art. Hawn għandek dak li hu tiegħek.’ 26 Sidu wieġeb u qallu, ‘Ilsir għażżien u mill-agħar, int kont taf, hux hekk, li jien ħsadt fejn ma żrajtx u ġbart fejn ma xerridtx? 27 Allura kien imissek qegħedt il-flus tal-fidda tiegħi għand il-bankieri, u meta nasal kont nieħu bl-imgħax dak li hu tiegħi.+
28 “‘Għalhekk, ħudulu t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti.+ 29 Għax kulmin għandu, jingħatalu iktar u jkollu bl-abbundanza; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 30 U lill-ilsir li m’hu tajjeb għal xejn itfgħuh fid-dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.’+
31 “Meta Bin il-bniedem+ jasal fil-glorja tiegħu, u l-anġli kollha miegħu,+ imbagħad joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu.+ 32 U l-ġnus kollha jinġabru quddiemu,+ u hu jifred+ lin-nies, wieħed mill-ieħor,+ bħalma ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż. 33 U jpoġġi lin-nagħaġ fuq il-lemin tiegħu+ u l-mogħoż fuq ix-xellug.+
34 “Imbagħad is-sultan jgħid lil dawk fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew intom, imberkin minn Missieri,+ irtu+ s-saltna+ mħejjija għalikom mit-tisjis tad-dinja.+ 35 Għax kont bil-ġuħ u tajtuni x’niekol;+ qabadni l-għatx u tajtuni x’nixrob. Kont stranġier u lqajtuni bl-ospitalità;+ 36 kont għarwien,+ u libbistuni. Kont marid u ħadtu ħsiebi. Kont il-ħabs+ u ġejtu żżuruni.’ 37 Imbagħad in-nies sewwa jwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx,+ u tajniek x’tixrob?+ 38 Meta rajniek stranġier u lqajniek bl-ospitalità, jew għarwien, u libbisniek? 39 Meta rajniek marid jew fil-ħabs u żorniek?’ 40 U jwieġeb is-sultan+ u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta għamiltu dan maʼ wieħed mill-iżgħar+ minn dawn ħuti,+ għamiltuh miegħi.’+
41 “Imbagħad wara jgħid lil dawk fuq ix-xellug tiegħu, ‘Itilqu minn quddiemi,+ ja misħutin, fin-nar taʼ dejjem+ imħejji għax-Xitan u l-anġli tiegħu.+ 42 Għax kont bil-ġuħ, imma ma tajtunix x’niekol,+ u qabadni l-għatx,+ imma ma tajtunix x’nixrob. 43 Kont stranġier, imma ma lqajtunix bl-ospitalità; kont għarwien, imma ma libbistunix;+ kont marid u fil-ħabs,+ imma ma ħadtux ħsiebi.’ 44 Imbagħad huma wkoll iwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-ġuħ jew bil-għatx jew stranġier jew għarwien jew marid jew fil-ħabs u ma qdejniekx?’ 45 Imbagħad hu jwieġeb u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta m’għamiltux dan maʼ wieħed minn dawn l-iżgħar uħud,+ m’għamiltuhx+ miegħi.’+ 46 U dawn imorru fil-qtugħ taʼ dejjem,+ imma n-nies sewwa fil-ħajja taʼ dejjem.”+