Titu
2 Int, madankollu, ibqaʼ għid dak li jixraq lit-tagħlim mimli saħħa.+ 2 L-irġiel imdaħħlin fiż-żmien,+ ħa jkunu moderati fi drawwiethom, serji,+ moħħhom f’loku, f’saħħithom fil-fidi,+ fl-imħabba, fis-sabar.+ 3 Bl-istess mod in-nisa mdaħħlin fiż-żmien,+ ħa juru l-biżaʼ t’Alla fl-imġiba tagħhom, ma jimmalafamawx,+ ma jkunux ilsiera taʼ ħafna nbid, imma jkunu għalliema taʼ dak li hu tajjeb; 4 b’hekk ikunu jistgħu jġibu f’sensihom lin-nisa żgħażagħ biex iħobbu lil żwieġhom,+ iħobbu lil uliedhom,+ 5 ikunu moħħhom f’loku, safjin,+ ħaddiema fid-dar, tajbin, sottomessi+ lejn żwieġhom, sabiex il-kelma t’Alla ma tkunx immaqdra.+
6 Bl-istess mod ibqaʼ ħeġġeġ lill-irġiel żgħażagħ biex ikunu moħħhom f’loku,+ 7 u f’kollox uri li int t’eżempju f’għemejjel tajbin;+ uri safa+ fit-tagħlim tiegħek,+ serjetà; 8 uża kliem mimli saħħa li ma jistax jiġi kundannat,+ sabiex min hu kontra jistħi, għax ma jkollu xejn vili x’jgħid fuqna.+ 9 L-ilsiera,+ ħa jkunu sottomessi lejn is-sidien tagħhom f’kollox,+ u jogħġbuhom sew, ma jirrispondux,+ 10 ma jisirqux,+ imma juru fedeltà sħiħa,+ sabiex isebbħu f’kollox it-tagħlim t’Alla, is-Salvatur tagħna.+
11 Għax intweriet+ il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla li ġġib is-salvazzjoni+ lil kull xorta taʼ bnedmin+ 12 u li tgħallimna nwarrbu dak kollu li hu kontra r-rieda t’Alla+ u x-xewqat tad-dinja+ u ngħixu sewwa b’moħħ f’loku u b’devozzjoni lejn Alla+ f’din is-sistema.+ 13 Dan nagħmluh waqt li nistennew it-tama hienja+ u l-manifestazzjoni glorjuża+ tal-kbir Alla u taʼ Kristu Ġesù, is-Salvatur tagħna, 14 li ta lilu nnifsu+ għalina biex jeħlisna+ minn kull xorta taʼ ħażen u jnaddaf+ għalih innifsu poplu esklużivament tiegħu,+ żeluż għal għemejjel tajbin.+
15 Ibqaʼ għid dawn l-affarijiet u ħeġġeġ u widdeb bl-awtorità sħiħa li ngħatatlek biex tikkmanda.+ Qatt tħalli lil min imaqdrek.+