Dewteronomju
7 “Meta Ġeħova Alla tiegħek sa fl-aħħar idaħħlek fl-art li sejjer fiha sabiex tiħodha f’idejk,+ iwarrab minn quddiemek ġnus kotrana,+ il-Ħittin,+ il-Girgasin,+ l-Amurrin,+ il-Kangħanin,+ il-Pereżin,+ il-Ħiwwin,+ u l-Ġebusin,+ sebat iġnus iktar kotrana u iktar setgħana minnek.+ 2 U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u int tegħlibhom.+ Qis li teqridhom.*+ Tagħmel ebda patt magħhom u lanqas tħenn għalihom.+ 3 U titħallatx b’rabta taż-żwieġ magħhom. Lil bintek tagħtihiex lil ibnu, u lil bintu tiħodhiex għal ibnek.+ 4 Għax hu jbiegħed lil ibnek milli jimxi warajja, u huma jaqdu lil allat oħrajn;+ u r-rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jġibek fix-xejn minnufih.+
5 “Mill-banda l-oħra, dan għandkom tagħmlulhom: L-artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom,+ u l-pilastri sagri tagħhom għandkom tkissruhom,+ u l-arbli sagri tagħhom+ għandkom tqaċċtuhom,+ u x-xbihat minquxin tagħhom għandkom taħarquhom fin-nar.+ 6 Għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Lilek għażel Ġeħova Alla tiegħek biex issir il-poplu tiegħu, proprjetà speċjali, mill-popli kollha li hemm fuq wiċċ l-art.+
7 “Ma kienx għaliex kontu l-iktar kotrana mill-popli kollha li Ġeħova wera affezzjoni lejkom, u b’hekk għażilkom,+ għax intom kontu l-inqas mill-popli kollha.+ 8 Imma kien għaliex Ġeħova ħabbkom,+ u għax ried iħares il-ħalfa li kien ħalef lil missirijietkom,+ li Ġeħova ħariġkom b’id b’saħħitha,+ sabiex jifdik minn dar l-ilsiera,+ minn id il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu. 9 U int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek hu l-Alla l-veru,+ l-Alla l-leali,+ li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba fil-każ taʼ dawk li jħobbuh u dawk li jħarsu l-kmandamenti tiegħu għal elf ġenerazzjoni,+ 10 imma jħallas f’wiċċu lil min jobogħdu billi jeqirdu.+ Ma joqgħodx jaħsibha maʼ min jobogħdu; iħallsu f’wiċċu. 11 U int ħares il-kmandamenti u r-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li qed nikkmandak illum billi tagħmilhom.+
12 “U jrid iseħħ li, peress li intom tkomplu tisimgħu dawn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u tħarsuhom u twettquhom,+ Ġeħova Alla tiegħek iħares il-patt miegħek+ u l-qalb tajba bl-imħabba li dwarha ħalef lil missirijietek.+ 13 U żgur li jħobbok u jbierkek+ u jkattrek+ u jbierek il-frott taʼ ġufek+ u l-prodott tal-ħamrija tiegħek,+ il-qmuħ tiegħek u l-inbid ġdid tiegħek u ż-żejt tiegħek, iż-żgħar tal-baqar tiegħek u l-frieħ tan-nagħaġ tiegħek,+ fuq l-art li ħalef lil missirijietek li jagħtihielek.+ 14 Issir l-iktar imbierek mill-popli kollha.+ Ma jkunx hemm fik raġel jew mara bla nisel, lanqas fost l-annimali domestiċi tiegħek.+ 15 U Ġeħova jwarrab minnek kull marda; u l-mard ikrah kollu taʼ l-Eġittu li taf bih,+ ma jitfgħux fuqek, imma jitfgħu fuq dawk kollha li jobogħduk. 16 U int għandek teqred lill-popli kollha li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ Għajnejk m’għandhomx jitħassruhom;+ u taqdix lill-allat tagħhom,+ għaliex din tkun nassa għalik.+
17 “Jekk tgħid f’qalbek, ‘Dawn il-ġnus huma kotrana wisq għalija. Kif se jkolli l-ħila nkeċċihom?’+ 18 tibżax minnhom.+ Qis li tiftakar dak li Ġeħova Alla tiegħek għamel lill-Fargħun u lill-Eġittu kollu,+ 19 il-provi kbar li raw għajnejk,+ u s-sinjali u l-mirakli+ u l-id b’saħħitha+ u d-driegħ maħruġ ’il barra+ li bihom ħarġek Ġeħova Alla tiegħek.+ Hekk se jagħmlilhom Ġeħova Alla tiegħek lill-popli kollha li qed tibżaʼ minnhom.+ 20 U Ġeħova Alla tiegħek se jġegħelhom iħossuhom skuraġġiti,+ sakemm jgħibu dawk li tħallew+ u li kienu qed jinħbew minn quddiemek. 21 Tinħasadx minħabba fihom, għax Ġeħova Alla tiegħek, Alla kbir li jqanqal il-biżaʼ,+ qiegħed f’nofsok.+
22 “U Ġeħova Alla tiegħek se jwarrab lil dawn il-ġnus minn quddiemek ftit ftit.+ M’intix se titħalla teqridhom malajr, għax inkella joktru kontrik il-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ. 23 U Ġeħova Alla tiegħek se jerħihom f’idejk u jħarbathom bi tħarbita kbira, sakemm jinġiebu fix-xejn.+ 24 U jagħtik f’idek is-slaten tagħhom,+ u int eqred ismijiethom minn taħt is-smewwiet.+ Ħadd ma jiqaflek,+ sakemm tkun qridthom għalkollox.+ 25 Ix-xbihat minquxin taʼ l-allat tagħhom għandkom taħarquhom fin-nar.+ Tixtieqx il-fidda u d-deheb taʼ fuqhom,+ lanqas tiħodhom għalik,+ li ma tinqabadx fin-nassa bihom;+ għax din hi ħaġa mistkerrha+ għal Ġeħova Alla tiegħek. 26 U ddaħħalx ħaġa mistkerrha f’darek u minħabba f’hekk int issir ħaġa li għandha tinqered bħalha. Għandek titqażżiżha għall-aħħar u assolutament tistmerrha,+ għaliex hi xi ħaġa li għandha tinqered.+