Galatin
3 O Galatin bla sens, min influwenzakom għall-ħażin,+ intom li quddiem għajnejkom ngħatajtu stampa ċara taʼ Ġesù Kristu msammar maʼ zokk?+ 2 Dan biss irrid inkun naf mingħandkom: L-ispirtu+ rċivejtuh minħabba l-għemejjel tal-liġi+ jew minħabba s-smigħ+ bil-fidi? 3 Intom daqshekk bla sens? Wara li bdejtu fl-ispirtu,+ issa qed tispiċċaw fil-laħam?+ 4 Hu għalxejn li għaddejtu minn tant sofferenzi?+ Jekk tassew kien għalxejn. 5 Għalhekk, dak li jagħtikom l-ispirtu+ u jwettaq għemejjel setgħanin+ fostkom, jagħmel dan minħabba l-għemejjel tal-liġi jew minħabba s-smigħ bil-fidi? 6 Bħalma Abraham “poġġa l-fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”+
7 Żgur li tafu li dawk li jżommu mal-fidi+ huma wlied Abraham.+ 8 Issa l-Iskrittura, peress li rat bil-quddiem li Alla kien se jiddikjara ġusti lin-nies tal-ġnus minħabba l-fidi, xandret l-aħbar tajba minn qabel lil Abraham, jiġifieri: “Permezz tiegħek jitbierku l-ġnus kollha.”+ 9 Għaldaqstant, dawk li jżommu mal-fidi qed jitbierku+ flimkien m’Abraham li wera l-fedeltà.+
10 Għax kulmin jiddependi mill-għemejjel tal-liġi qiegħed taħt saħta; għax hu miktub: “Misħut kulmin ma jibqax jagħmel kulma hu miktub fir-romblu tal-Liġi.”+ 11 Iktar minn hekk, li bil-liġi ħadd ma jiġi dikjarat ġust+ quddiem Alla jidher ċar, għax “il-ġust jgħix permezz tal-fidi.”+ 12 Issa l-Liġi ma tiddependix mill-fidi, imma “min iħarishom jgħix permezz tagħhom.”+ 13 Kristu xtrana+ u ħelisna+ mis-saħta tal-Liġi billi sar saħta+ minflokna, għax hu miktub: “Misħut kulmin ikun imdendel maʼ zokk.”+ 14 L-iskop kien li l-barka t’Abraham isseħħ permezz taʼ Ġesù Kristu għall-ġnus,+ sabiex permezz tal-fidi tagħna+ nirċievu l-ispirtu mwiegħed.+
15 Ħuti, nitkellem b’tixbiha mill-ħajja tal-bniedem: Ħadd ma jistaʼ jwarrab patt validu jew iżid miegħu, għalkemm dan ikun għamlu bniedem.+ 16 Issa l-wegħdi ntqalu lil Abraham+ u lil nislu.+ Ma jgħidx: “U lill-insla,” bħallikieku kienu ħafna, imma bħallikieku kien wieħed:+ “U lil nislek,”+ li hu Kristu.+ 17 Iktar minn hekk, ngħid dan: Rigward il-patt li minn qabel kien magħmul validu minn Alla,+ il-Liġi li bdiet teżisti erbaʼ mija u tletin sena+ wara ma tagħmlux invalidu u ġġib il-wegħda fix-xejn.+ 18 Għax jekk il-wirt ġej bis-saħħa tal-liġi, m’għadux iktar bis-saħħa tal-wegħda;+ imma lil Abraham Alla tahulu b’qalb tajba permezz taʼ wegħda.+
19 Għala, allura, il-Liġi? Ġiet miżjuda biex tagħmel in-nuqqasijiet jidhru,+ sakemm jasal+ in-nisel li lilu saret il-wegħda; u ngħatat permezz taʼ l-anġli+ bl-id taʼ medjatur.+ 20 Issa, m’hemmx medjatur meta persuna waħda biss tkun konċernata, imma Alla hu wieħed biss.+ 21 Għalhekk, hi l-Liġi kontra l-wegħdi t’Alla?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għax kieku ngħatat liġi li setgħet tagħti l-ħajja,+ allura l-ġustizzja kienet tkun permezz tal-liġi.+ 22 Imma l-Iskrittura+ tat kollox f’idejn id-dnub,+ sabiex il-wegħda li tiġi mill-fidi f’Ġesù Kristu tingħata lil dawk li jeżerċitaw il-fidi.+
23 Madankollu, qabel waslet il-fidi,+ konna mgħassin mil-liġi,+ għax ngħatajna lkoll f’idejha, waqt li stennejna l-fidi li kienet se tiġi rivelata.+ 24 Għaldaqstant, il-Liġi kienet tmexxina qisna tfal* lejn Kristu,+ biex niġu dikjarati ġusti+ minħabba l-fidi. 25 Imma issa li waslet il-fidi,+ m’għadniex iktar taħt min imexxina qisna tfal.+
26 Fil-fatt, intom kollha wlied+ Alla permezz tal-fidi tagħkom fi Kristu Ġesù. 27 Għax intom ilkoll li tgħammidtu fi Kristu+ lbistu lil Kristu.+ 28 La hemm Lhudi u lanqas Grieg,+ la lsir u lanqas ħieles,+ la raġel u lanqas mara;+ għax intom ilkoll persuna waħda f’unjoni maʼ Kristu Ġesù.+ 29 Barra minn hekk, jekk intom taʼ Kristu, intom tassew nisel Abraham,+ werrieta skond il-wegħda.+