1 Korintin
13 Kieku kelli nitkellem bl-ilsna+ tal-bnedmin u taʼ l-anġli imma ma jkollix imħabba, kont inkun bħal strument tar-ram iżarżar jew ċimbalu jdamdam.+ 2 U kieku għandi l-għotja taʼ l-ipprofetizzar+ u jien midħla tas-sigrieti sagri+ kollha u l-għarfien kollu,+ u għandi l-fidi kollha biex inċaqlaq il-muntanji+ minn posthom, iżda m’għandix imħabba, ma jien xejn.+ 3 U kieku nagħti kulma għandi biex nitmaʼ lil oħrajn,+ u nagħti ġismi għall-mewt,+ sabiex ikolli biex niftaħar, iżda m’għandix imħabba,+ ma jiswieli xejn.
4 L-imħabba+ tistabar fit-tul+ u qalbha tajba.+ L-imħabba ma tgħirx,+ ma tiftaħarx,+ ma tintefaħx,+ 5 ma ġġibx ruħha b’mod indeċenti,+ ma tfittixx l-interessi tagħha,+ ma tiġix provokata.+ Ma żżommx kont tal-ħsara.+ 6 Ma tithenniex bl-inġustizzja,+ imma tithenna bil-verità.+ 7 Kollox tiflaħ,+ kollox temmen,+ kollox tittama,+ kollox tissaporti.+
8 L-imħabba ma tbatti qatt.+ Iżda jekk hemm l-għotjiet taʼ l-ipprofetizzar, dawn se jinġiebu fix-xejn; jekk hemm l-ilsna, dawn se jieqfu; jekk hemm l-għarfien, dan se jinġieb fix-xejn.+ 9 Għax l-għarfien li għandna hu limitat+ u l-ipprofetizzar tagħna hu limitat;+ 10 imma meta jasal dak li hu sħiħ,+ dak li hu limitat jinġieb fix-xejn. 11 Meta kont tifel ċkejken, kont nitkellem taʼ tifel, naħseb taʼ tifel, nirraġuna taʼ tifel; imma issa li sirt raġel,+ neħħejt il-karatteristiki taʼ tifel ċkejken. 12 Għax bħalissa naraw imċajpar b’mera tal-metall,+ imma mbagħad naraw wiċċ imbwiċċ.+ Bħalissa dak li naf hu limitat, imma mbagħad inkun naf eżatt bħalma jien magħruf eżatt.+ 13 Madankollu, issa jibqaʼ l-fidi, it-tama, l-imħabba, dawn it-tlieta; imma l-akbar fosthom hi l-imħabba.+