2 Tessalonikin
2 Madankollu, aħwa, dwar il-preżenza+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu u l-ġbir tagħna flimkien miegħu,+ nitolbukom 2 biex ma titilfux malajr ir-raġuni tagħkom, lanqas għandkom teċċitaw ruħkom b’xi espressjoni mnebbħa+ jew b’xi messaġġ bil-fomm,+ jew b’xi ittra+ li tkun qisha ġejja mingħandna, bħallikieku l-jum+ taʼ Ġeħova qiegħed hawn.
3 Tħallu lil ħadd iqarraq bikom b’xi mod, għax ma jiġix jekk l-ewwel ma tiġix l-apostasija+ u jiġi rivelat+ il-bniedem bla liġi,+ bin il-qerda.+ 4 Hu jiħodha kontra+ u jitgħolla fuq kulmin jissejjaħ “alla” jew fuq kull oġġett taʼ qima, u b’hekk ipoġġi bil-qiegħda fit-tempju taʼ L-Alla, waqt li juri lilu nnifsu pubblikament li hu alla.+ 5 Ma tiftakrux li, waqt li kont għadni magħkom, kont ngħidhulkom+ dan?
6 U għalhekk issa tafu x’inhu+ li qed iżommu lura,+ sabiex jiġi rivelat meta jasal waqtu.+ 7 Veru, il-misteru taʼ din is-sitwazzjoni bla liġi diġà qed jaħdem,+ imma jibqaʼ misteru biss sakemm dak li bħalissa qed iżommu lura jiġi mneħħi min-nofs.+ 8 Imbagħad, tabilħaqq, jiġi rivelat il-bniedem bla liġi li l-Mulej Ġesù jwarrbu bl-ispirtu taʼ fommu+ u jġibu fix-xejn bil-manifestazzjoni+ tal-preżenza tiegħu.+ 9 Imma l-preżenza tal-bniedem bla liġi hi skond il-ħidma+ taʼ Satana b’kull għemil setgħan u b’sinjali giddibin u għeġubijiet+ 10 u b’kull qerq inġust+ għal dawk li qed jinqerdu,+ bi tpattija talli m’aċċettawx l-imħabba+ għall-verità biex jiġu salvati.+ 11 Huwa għalhekk li Alla jħalli l-iżball jaħdem fuqhom, sabiex jaslu li jemmnu l-gidba,+ 12 u lkoll jiġu ġudikati għax m’emmnux il-verità+ imma ħadu gost bl-inġustizzja.+
13 Madankollu, aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom, aħwa maħbubin minn Ġeħova, għax Alla għażilkom+ mill-bidu għas-salvazzjoni billi qaddiskom+ bl-ispirtu+ u bil-fidi tagħkom fil-verità.+ 14 Għal dan l-għan sejħilkom permezz taʼ l-aħbar tajba li nxandru,+ biex tiksbu l-glorja tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 15 Mela, allura, aħwa, żommu sod+ u ibqgħu fit-tradizzjonijiet+ li kontu mgħallmin b’xi messaġġ bil-fomm jew b’xi ittra mingħandna. 16 Iktar minn hekk, jalla l-Mulej tagħna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbewna+ u b’qalb tajba mhix mistħoqqa tawna faraġ dejjiemi u tama sabiħa,+ 17 ifarrġu lil qlubkom u jissodawkom f’kull għemil u kelma tajba.+