Ġenesi
40 Issa wara dan kollu ġara li l-kuppier+ tas-sultan taʼ l-Eġittu u l-furnar dinbu kontra sidhom, is-sultan taʼ l-Eġittu.+ 2 U l-Fargħun għadab għaż-żewġ uffiċjali tiegħu,+ għall-kap tal-kuppieri u għall-kap tal-furnara.+ 3 Għalhekk, żammhom arrestati fid-dar tal-kap tal-gwardja persunali tiegħu,+ fil-ħabs,+ fejn kien priġunier Ġużeppi. 4 Imbagħad il-kap tal-gwardja persunali tal-Fargħun inkariga lil Ġużeppi biex ikun magħhom sabiex jaqdihom;+ u baqgħu arrestati għal xi jiem.
5 U l-kuppier u l-furnar tas-sultan taʼ l-Eġittu, li kienu priġunieri fil-ħabs,+ it-tnejn ħolmu ħolma+ fl-istess lejl,+ u l-ħolma taʼ kull wieħed kellha l-interpretazzjoni tagħha.+ 6 Meta Ġużeppi daħal ħdejhom fil-għodu u rahom, kienu jidhru qalbhom sewda.+ 7 U staqsa lill-uffiċjali tal-Fargħun li kienu arrestati miegħu fid-dar taʼ sidu, u qalilhom: “Għalfejn għandkom wiċċkom imnikket illum?”+ 8 Wiġbuh: “Ħlomna ħolma, u m’għandniex min jinterpretahielna.” Għalhekk, Ġużeppi qalilhom: “Mhux f’idejn Alla l-interpretazzjonijiet?+ Jekk jogħġobkom, irrakkontawhieli.”
9 U l-kap tal-kuppieri ssokta jirrakkonta l-ħolma tiegħu lil Ġużeppi u jgħidlu: “Fil-ħolma tiegħi kien hemm dielja quddiemi. 10 U fid-dielja kien hemm tliet żraġen, u donnha kienet qed toħroġ ir-rimjiet,+ u ħarġet iż-żahar. L-għenieqed tagħha sajru l-għeneb tagħhom. 11 U l-kies tal-Fargħun kien f’idi, u qbadt l-għeneb u għasartu fil-kies tal-Fargħun.+ Imbagħad tajt il-kies f’id il-Fargħun.”+ 12 U Ġużeppi qallu: “Din hi l-interpretazzjoni tagħha:+ It-tliet żraġen huma tlett ijiem. 13 Fi tlett ijiem mil-lum il-Fargħun se joħorġok* u jagħtik lura l-kariga tiegħek;+ u int tagħti lill-Fargħun il-kies f’idu, kif kont tagħmel qabel meta kont il-kuppier tiegħu.+ 14 Però, ibqaʼ ftakar fija malli kollox imurlek sew,+ u, jekk jogħġbok, uri qalb tajba bl-imħabba miegħi u semmini mal-Fargħun,+ u oħroġni minn din id-dar. 15 Għax fil-fatt jien kont maħtuf minn art l-Ebrej;+ u hawnhekk ukoll jien m’għamilt assolutament xejn biex tefgħuni f’din il-ħofra fil-ħabs.”+
16 Meta l-kap tal-furnara ra li kien interpreta xi ħaġa tajba, hu, imbagħad, qal lil Ġużeppi: “Jien ukoll kont fil-ħolma tiegħi, u kien hemm tlett iqfief ħobż abjad fuq rasi, 17 u fil-qoffa taʼ fuqnett kien hemm kull xorta t’affarijiet taʼ l-ikel għall-Fargħun,+ minn dak li jagħmel furnar, u kien hemm it-tjur+ jikluhom mill-qoffa taʼ fuq rasi.” 18 Imbagħad Ġużeppi wieġeb u qal: “Din hi l-interpretazzjoni tagħha:+ It-tlett iqfief huma tlett ijiem. 19 Fi tlett ijiem mil-lum il-Fargħun se joħorġok u jdendlek maʼ zokk;+ u t-tjur żgur li se jieklu laħmek minn fuqek.”+
20 Issa ġara li fit-tielet jum kien għeluq snin il-Fargħun,+ u dan għamel festa għall-qaddejja kollha tiegħu u ħareġ* lill-kap tal-kuppieri u lill-kap tal-furnara f’nofs il-qaddejja tiegħu.+ 21 Għaldaqstant, hu reġaʼ ta lill-kap tal-kuppieri l-kariga tiegħu taʼ kuppier,+ u dan baqaʼ jagħti l-kies f’id il-Fargħun. 22 Imma lill-kap tal-furnara dendlu maʼ zokk,+ sewwasew bħalma Ġużeppi kien tahom l-interpretazzjoni.+ 23 Madankollu, il-kap tal-kuppieri ma ftakarx f’Ġużeppi u nsieh għalkollox.+