Salmi
Lid-direttur. Taʼ wlied Koraħ.+ Melodija.
49 Isimgħu dan, popli kollha.
Agħtu widen, abitanti kollha tas-sistema dinjija,+
2 Intom ulied l-umanità, u intom ulied il-bniedem,
Is-sinjur u l-fqir flimkien.+
3 Fommi se jitkellem affarijiet t’għerf,+
U l-meditazzjoni taʼ qalbi se tkun dwar affarijiet li jeħtieġu l-abbiltà li nifhem.+
5 Għala għandi nibżaʼ f’jiem il-ħażen,+
Meta nkun imdawwar bl-iżball taʼ dawk li jridu jirrovinawni?+
6 Dawk li qed jafdaw fil-mezzi t’għajxien tagħhom,+
U li dejjem jiftaħru dwar l-abbundanza taʼ rikkezzi li għandhom,+
7 Ħadd minnhom ma jistaʼ jifdi b’xi mod lil ħuh,+
U lanqas jagħti lil Alla fidwa għalih;
8 (U l-prezz tal-ħelsien taʼ ruħhom tant hu għoli+
Li qatt* ma tħallas)
9 Biex jibqaʼ jgħix għal dejjem u ma jarax il-ħofra.+
10 Għax hu jara li saħansitra l-għorrief imutu,+
L-istupidu u dak li ma jirraġunax jgħibu flimkien,+
U jkollhom iħallu l-mezzi t’għajxien tagħhom lil oħrajn.+
11 Ix-xewqa taʼ qalbhom hi li djarhom jibqgħu għal dejjem,+
Ir-residenzi tagħhom minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
L-artijiet tagħhom semmewhom għal isimhom.+
12 U madankollu l-bniedem, għalkemm ikun onorat, ma jistax jibqaʼ ħaj;+
Tabilħaqq se jkun bħall-bhejjem li ntemmew.+
13 Din hi t-triq taʼ l-istupidi,+
U taʼ dawk li jmorru warajhom u jieħdu gost b’dak li jgħidu. Sela.
14 Bħal nagħaġ inħatru għall-Qabar;*+
Il-mewt se tirgħahom;+
Fil-għodu jiġu mġegħlin ikunu sottomessi lejn ir-retti,+
U ġisimhom jitmermer;+
Minflok dar eżaltata kull wieħed minnhom se jkollu l-Qabar.+
16 Tibżax jekk xi ħadd isir sinjur,+
Jekk tiżdiedlu l-glorja taʼ daru,+
17 Għax meta jmut ma jistaʼ jieħu assolutament xejn miegħu;+
Il-glorja tiegħu ma tinżilx miegħu.+