2 Korintin
13 Din hi t-tielet darba+ li ġej għandkom. “Kull ħaġa trid tiġi stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.”+ 2 Għedt qabel u, bħallikieku kont preżenti magħkom it-tieni darba iżda issa m’iniex, ngħid bil-quddiem lil dawk li kienu dinbu u lill-oħrajn kollha, li jekk xi darba nerġaʼ niġi m’iniex se neħlishielhom,+ 3 ladarba qed tfittxu prova li Kristu qed jitkellem fija,+ Kristu, li mhux dgħajjef lejkom imma hu setgħan fostkom. 4 Tabilħaqq, veru li ġie msammar maʼ zokk+ minħabba d-dgħjufija,+ imma issa hu ħaj minħabba l-qawwa t’Alla.+ Ukoll, veru li aħna dgħajfin miegħu, imma se ngħixu miegħu+ minħabba l-qawwa t’Alla+ lejkom.
5 Ibqgħu għarblu jekk intomx fil-fidi, ibqgħu agħtu prova taʼ x’intom.+ Jew ma tirrikonoxxux li Ġesù Kristu hu f’unjoni magħkom?+ Sakemm m’intomx diżapprovati. 6 Jien nittama verament li ssiru tafu li m’aħniex diżapprovati.
7 Issa nitolbu+ lil Alla biex intom ma tagħmlu ebda ħażen, mhux biex nidhru li aħna approvati, imma biex tkunu qed tagħmlu t-tajjeb, għalkemm aħna forsi nidhru diżapprovati. 8 Għax ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-verità, imma biss favur il-verità.+ 9 Dejjem nifirħu, meta intom tkunu setgħanin,+ avolja fl-istess ħin aħna nkunu dgħajfin; u għal dan qed nitolbu,+ li terġgħu tiġu aġġustati. 10 Huwa għalhekk li qed nikteb dan waqt li m’iniex magħkom, biex, meta nkun preżenti magħkom, ma nkunx aħrax+ bl-awtorità li tani l-Mulej, sabiex nibni+ u mhux inġarraf.
11 Fl-aħħarnett, ħuti, komplu thennew, aġġustaw ruħkom, tfarrġu,+ kunu ħsieb wieħed,+ għixu fil-paċi;+ u l-Alla taʼ l-imħabba u tal-paċi+ jkun magħkom. 12 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ 13 Il-qaddisin kollha jibagħtu jsellu għalikom.
14 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù Kristu u l-imħabba t’Alla u s-sehem fl-ispirtu qaddis ikunu magħkom ilkoll.+