Ġob
3 Jien ukoll għandi qalb+ bħalma għandkom intom.
M’iniex inqas minnkom,+
U min m’għandux affarijiet bħal dawn?
4 Xi ħadd tad-daħq għal sieħbu sirt jien,+
Xi ħadd li jsejjaħ lil Alla biex iwieġbu.+
Tad-daħq hu min hu ġust u bla ħtija.
5 Min hu bla inkwiet taʼ xejn jiddisprezza l-gwaj;+
Jaħseb li dan jiġri biss lil min jogħtru riġlejh.+
6 It-tined tal-ħallelin huma bla inkwiet,+
U dawk li jgħaddbu lil Alla għandhom is-sigurtà
Li jkollu min iġorr xi alla f’idu.+
7 Madankollu, staqsi, jekk jogħġbok, lill-annimali domestiċi, u jgħallmuk;+
Ukoll lill-ħlejjaq bil-ġwienaħ tas-smewwiet, u jgħidulek.+
9 Min fost dawn kollha ma jafx tajjeb
Li id Ġeħova għamlitu dan,+
10 Li f’idu qiegħda ruħ+ il-ħajjin kollha
U l-ispirtu tal-laħam kollu tal-bniedem?+
16 Fih hemm is-saħħa u l-għaqal;*+
Tiegħu huma min jagħmel xi żball u min jiżvija lil ħaddieħor;+
17 Hu jibgħat ħafjin lill-kunsillieri,+
U jġiegħel lill-imħallfin jiġġennu.
19 Iġiegħel lill-qassisin jimxu ħafjin,+
U jniżżel minn posthom lis-setgħanin;+
20 Jagħlaq ħalq il-persuni taʼ fiduċja,
U lix-xjuħ jiħdilhom l-abbiltà li jkunu sensibbli;
21 Isawwab id-disprezz fuq in-nobbli,+
U jdgħajjef il-ħżiem tas-setgħanin;
22 Jikxef minn ġod-dlam affarijiet profondi,+
U jitfaʼ d-dawl fuq postijiet mudlama;
23 Ikabbar il-ġnus, sabiex jeqridhom;+
Jifrex il-ġnus, sabiex ixejjinhom;
24 Ineħħi l-għaqal tal-kapijiet tan-nies tal-pajjiż,
Sabiex iġerrihom ’l hemm u ’l hawn f’post vojt,+ fejn m’hemmx toroq.