Rumani
11 Allura nistaqsi, Alla ma ċaħadx lill-poplu tiegħu, hux hekk?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għax jien ukoll Israeli,+ minn nisel Abraham, mit-tribù taʼ Benjamin.+ 2 Alla ma ċaħadx lill-poplu tiegħu li rrikonoxxa l-ewwel.+ Ma tafux x’tgħid l-Iskrittura dwar Elija, meta talab bil-ħniena lil Alla kontra Israel?+ 3 “Ġeħova, qatlu lill-profeti tiegħek, kissru l-artali tiegħek, u jien biss baqaʼ, u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”*+ 4 Madankollu, x’tgħidlu d-dikjarazzjoni divina?+ “Fadalli sebat elef raġel li ma niżlux għarkopptejhom quddiem Bagħal.”+ 5 Għalhekk, b’dan il-mod, fiż-żmien stabbilit ukoll tfaċċa fdal+ magħżul+ bil-qalb tajba mhix mistħoqqa. 6 Issa jekk hu bil-qalb tajba mhix mistħoqqa,+ m’għadux iktar bl-għemejjel;+ inkella din il-qalb tajba ma tibqax iktar qalb tajba mhix mistħoqqa.+
7 Allura, x’qed ngħidu? Dak li Israel qed ifittex bil-ħeġġa ma kisbux,+ imma l-magħżulin+ kisbuh. Il-bqija twebbsitilhom qalbhom;+ 8 bħalma hu miktub: “Alla tahom spirtu taʼ rqad fil-fond,+ għajnejn sabiex ma jarawx u widnejn sabiex ma jisimgħux, sa llum stess.”+ 9 Ukoll, David jgħid: “Ħa ssirilhom nassa u nasba u tfixkil u tpattija+ l-mejda* tagħhom; 10 ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx, u jkun daharhom dejjem milwi.”+
11 Għalhekk nistaqsi, Tfixklu tant li waqgħu+ għalkollox? Jalla qatt ma jkun dan! Imma bil-pass falz+ tagħhom hemm is-salvazzjoni għan-nies tal-ġnus,+ biex jitqanqlu għall-għira.+ 12 Issa jekk il-pass falz tagħhom ifisser rikkezzi għad-dinja, u t-tnaqqis tagħhom ifisser rikkezzi għan-nies tal-ġnus,+ kemm iktar l-għadd sħiħ+ tagħhom ifisser dan!
13 Issa nkellem lilkom li intom nies tal-ġnus. Peress li, fir-realtà, jien appostlu+ tal-ġnus,+ nigglorifika+ l-ministeru tiegħi,+ 14 jekk b’xi mod nistaʼ nqanqal għall-għira lil dawk li huma niesi stess u nsalva+ lil xi wħud minnhom.+ 15 Għax jekk it-tkeċċija tagħhom+ tfisser tħabbib+ mill-ġdid għad-dinja, x’se jkun ifisser il-fatt li jintlaqgħu lura, ħlief ħajja mill-imwiet? 16 Iktar minn hekk, jekk il-parti meħuda bħala l-ewwel frott+ hi qaddisa, hekk ukoll hi l-għaġna kollha; u jekk l-għerq hu qaddis,+ hekk ukoll huma l-friegħi.
17 Madankollu, jekk uħud mill-friegħi tqaċċtu imma int, għalkemm int żebbuġa salvaġġa, tlaqqamt fosthom+ u bdejt tieħu magħhom mill-ħxuna+ taʼ l-għerq taż-żebbuġa,+ 18 tifraħx minħabba l-friegħi. Iżda, jekk qed tifraħ minħabba fihom,+ ftakar li mhux int iżżomm l-għerq,+ imma l-għerq iżomm lilek.+ 19 Allura, int tgħid: “Ġew imqaċċtin+ xi friegħi biex nitlaqqam jien.”+ 20 Kollox sew! Huma tqaċċtu minħabba n-nuqqas taʼ fidi tagħhom,+ imma int iżżomm wieqaf bil-fidi.+ Tibqax b’ideat kburin,+ imma ibżaʼ.+ 21 Għax jekk Alla ma ħelishiex lill-friegħi naturali, lanqas jeħlisha lilek.+ 22 Għalhekk, ara l-qalb tajba+ u l-ħruxija+ t’Alla. Għal dawk li waqgħu hemm il-ħruxija,+ imma għalik hemm il-qalb tajba t’Alla, bil-patt li tibqaʼ+ fil-qalb tajba tiegħu; inkella int ukoll titqaċċat.+ 23 Jekk ma jibqgħux bla fidi, huma wkoll jiġu mlaqqmin;+ għax Alla kapaċi jerġaʼ jlaqqamhom. 24 Għax jekk int kont maqtugħ mis-siġra taż-żebbuġ li hi salvaġġa min-natura u tlaqqamt+ kontra n-natura fiż-żebbuġa t-tajba, kemm iktar u iktar dawk li huma naturali jistgħu jitlaqqmu fis-siġra taż-żebbuġ tagħhom stess!+
25 Għax, ħuti, ma rridkomx ma tkunux tafu b’dan is-sigriet sagru,+ sabiex ma tkunux għaqlin f’għajnejkom stess: li parti minn Israel twebbsitilhom qalbhom+ sakemm jidħol+ l-għadd sħiħ+ tan-nies tal-ġnus, 26 u b’dan il-mod Israel kollu+ jiġi salvat. Bħalma hu miktub: “Il-ħellies joħroġ minn Sijon+ u jneħħi minn Ġakobb+ id-drawwiet kontra r-rieda t’Alla. 27 U dan hu l-patt tiegħi magħhom,+ meta nneħħilhom dnubiethom.”+ 28 Veru, skond l-aħbar tajba huma għedewwa minħabba fikom,+ imma skond l-għażla t’Alla huma maħbubin minħabba missirijiethom.+ 29 Għax Alla ma jiddispjaċihx+ mill-għotjiet u s-sejħa tiegħu. 30 Bħalma darba kontu diżubbidjenti+ lejn Alla imma issa ntwerejtu ħniena+ minħabba d-diżubbidjenza tagħhom,+ 31 hekk ukoll dawn issa kienu diżubbidjenti u minħabba f’hekk intom intwerejtu ħniena,+ biex issa huma wkoll jintwerew ħniena. 32 Għax Alla għalaqhom ilkoll flimkien fid-diżubbidjenza,+ sabiex ilkoll kemm huma jurihom il-ħniena.+
33 O kemm huma profondi r-rikkezzi+ u l-għerf+ u l-għarfien+ t’Alla! Kemm ma jistgħux jinkixfu l-ġudizzji tiegħu,+ u kemm huma bla tarf triqatu! 34 Għax “min sar jaf moħħ+ Ġeħova, jew min sar il-kunsillier tiegħu?”+ 35 Jew, “Min tah l-ewwel, biex ikun jistħoqqlu jitħallas?”+ 36 Għax kollox+ ġej minnu, u kollox hu bih u għalih. Lilu tkun il-glorja għal dejjem.+ Amen.