37 “Tabilħaqq, għal dan qalbi tibda titriegħed,+
U taqbeż minn postha.
2 Isimgħu b’attenzjoni d-damdim taʼ leħnu,+
U t-tkarwit li joħroġ minn fommu.
3 Taħt is-smewwiet kollha jħallih jitlaq,
U s-sajjetta tiegħu+ tasal sa truf l-art.
4 Warajha ħoss jirbombja;
Hu jriegħed+ bil-ħoss tas-superjorità tiegħu,+
U ma jżommhiex lura meta jinstemaʼ leħnu.+
5 Alla jriegħed b’leħnu+ b’mod taʼ l-għaġeb,
Jagħmel affarijiet kbar li ma nistgħux inkunu nafuhom.+
6 Għax lill-borra jgħidilha, ‘Inżel fuq l-art,’+
U wkoll lill-ħalba tax-xita, saħansitra lill-ħalba tax-xita bil-qliel.+
7 Fuq id kull bniedem taʼ l-art iqiegħed siġill
Biex il-bnedmin mortali kollha jagħrfu għemilu.
8 U l-bhima salvaġġa tidħol fl-għar,
U tgħammar fil-moħbiet tagħha.+
9 Ir-riħ taʼ tempesta jiġi minn postu+
U l-kesħa mill-irjieħ tat-tramuntana.+
10 Bin-nifs t’Alla jingħata s-silġ+
U l-firxa taʼ l-ilmijiet hi mrażżna.+
11 Iva, bl-ilma jtaqqal is-sħab,
Id-dawl tiegħu+ jtajjar is-sħab oħxon,
12 U dan idur dawramejt, skond kif imexxih hu, biex iwettaq xogħlu
Kulfejn jordnalu+ fuq wiċċ l-art produttiva tad-dinja.
13 Hu juża s-sħab sew biex jikkastiga,+ sew biex isaqqi l-art tiegħu,+
U sew biex juri l-qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
14 Agħti widen għal dan, O Ġob;
Ieqaf ftit u oqgħod attent għall-għemejjel meraviljużi t’Alla.+
15 Taf int meta Alla tahom il-kmand,+
U meta ġiegħel id-dawl jiddi mis-sħab tiegħu?
16 Taf int kif iżomm fl-ajru s-sħab,+
L-għemejjel taʼ l-għaġeb taʼ Dak li l-għarfien tiegħu hu perfett?+
17 Kif ħwejġek ikunu sħan
Meta taqaʼ l-ħemda fuq l-art fir-riħ isfel?+
18 Tistaʼ tifrex miegħu s-smewwiet+
Ebsin bħal mera minn metall imdewweb?
19 Ħa nkunu nafu x’għandna ngħidulu;
Ma nistgħux insibu kliem minħabba d-dlam.
20 Għandu jingħadlu lil Alla li jien nixtieq nitkellem?
Jew kien hemm xi ħadd li qal li se jgħidulu b’dan?+
21 U issa ma jarawhx ċar id-dawl;
Qed jiddi fis-smewwiet,
Meta għadda riħ u naddafhom.
22 Mit-tramuntana tiġi dija tad-deheb.
Id-dinjità+ t’Alla tqanqal il-biżaʼ.
23 Inkwantu għal Dak li Jistaʼ Kollox, ma skoprejniehx;+
Hu sublimi fil-qawwa,+
U l-ġustizzja+ u l-għemejjel ġusti+ ma jċekkinhomx.+
24 Għalhekk, ħa jibżgħu minnu l-bnedmin.+
Hu ma jikkalkulahomx lil dawk li jaħsbu li huma għorrief f’qalbhom.”+