Atti
18 Wara dan, telaq minn Ateni u mar Korintu. 2 U sab wieħed Lhudi li kien jismu Akwila,+ imwieled il-Pontu, u martu Prixilla. Dawn kienu għadhom kemm ġew mill-Italja+ minħabba li Klawdju+ kien ordna lil-Lhud kollha jitilqu minn Ruma. Għalhekk, mar għandhom 3 u peress li kellu l-istess sengħa qagħad f’darhom, u kienu jaħdmu+ billi jagħmlu t-tined, għax din kienet is-sengħa tagħhom. 4 Madankollu, kull Sabat kien jagħti taħdita fis-sinagoga+ u kien jipperswadi kemm Lhud u kemm Griegi.
5 Issa, meta Sila+ u Timotju+ niżlu mill-Maċedonja, Pawlu beda jkun okkupat bis-sħiħ bix-xandir tal-kelma, jagħti xiehda lil-Lhud biex juri li Ġesù hu l-Kristu.+ 6 Imma wara li baqgħu jopponu u jmaqdru,+ farfar ħwejġu+ u qalilhom: “Ħa jkun demmkom+ fuq raskom. Jien nadif.+ Minn issa ’l quddiem immur għand in-nies tal-ġnus.”+ 7 Għaldaqstant telaq minn hemmhekk u mar għand wieħed jismu Tizju Ġustu, aduratur t’Alla, li daru kienet tmiss mas-sinagoga. 8 Krispu,+ l-uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga, emmen fil-Mulej, hu u n-nies kollha taʼ daru. U ħafna mill-Korintin li semgħu bdew jemmnu u jitgħammdu. 9 Imbagħad, f’viżjoni bil-lejl, il-Mulej qal lil Pawlu:+ “Tibżax, imma kompli tkellem u tibqax sieket, 10 għax jien miegħek+ u ebda bniedem ma jattakkak biex jagħmillek ħsara; għax għandi ħafna nies f’din il-belt.” 11 Għalhekk, baqaʼ hemmhekk sena u sitt xhur, jgħallem il-kelma t’Alla fosthom.
12 Issa, meta Galljon kien prokonslu+ taʼ l-Akaja,* il-Lhud qamu kontra Pawlu b’fehma waħda u ħaduh quddiem it-tron tal-ġudizzju,+ 13 u qalu: “Dan qed jikser il-liġi billi jipperswadi+ lin-nies biex iqimu ’l Alla b’mod ieħor.” 14 Imma hekk kif Pawlu kien se jiftaħ fommu, Galljon qal lil-Lhud: “Tabilħaqq, ja Lhud, kieku kien xi ħażen jew xi att vili u mill-agħar kien ikolli għalfejn nissaportikom. 15 Imma jekk hu fuq kontroversji minħabba kliem u ismijiet+ u l-liġi+ tagħkom, arawh intom. Ma nixtieqx inkun imħallef taʼ dan.” 16 B’dan il-kliem keċċiehom minn quddiem it-tron tal-ġudizzju. 17 Għalhekk, ilkoll ħatfu taħt idejhom lil Sostene,+ l-uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga, u qabdu jsawtuh quddiem it-tron tal-ġudizzju. Imma Galljon ma impurtah xejn minn dan.
18 U wara li baqaʼ hemmhekk ftit jiem mhux ħażin, Pawlu sellem lill-aħwa u salpa lejn is-Sirja, u miegħu marru Prixilla u Akwila, wara li kien qarweż xagħru+ f’Kenkre,*+ għax kellu wegħda. 19 Imbagħad waslu Efesu, u ħalliehom hemmhekk; u daħal fis-sinagoga+ u rraġuna mal-Lhud. 20 Għalkemm baqgħu jitolbuh biex jibqaʼ iżjed, hu ma riedx 21 imma sellmilhom+ u qalilhom: “Nerġaʼ niġi għandkom, jekk Ġeħova jrid.”+ U telaq bil-baħar minn Efesu 22 u niżel Ċesarija. U telaʼ* jsellem lill-kongregazzjoni, u niżel Antjokja.
23 U wara li qattaʼ xi żmien hemmhekk telaq u mar minn post għall-ieħor fl-art tal-Galazja+ u l-Friġja,+ isaħħaħ+ lid-dixxipli kollha.
24 Issa wasal Efesu wieħed Lhudi li kien jismu Apollo,+ imwieled Lixandra. Dan ir-raġel kien jinqalaʼ biex jitkellem u kien midħla sew taʼ l-Iskrittura.+ 25 Kien ġie mgħallem bil-fomm fit-triq taʼ Ġeħova u, billi kien imħeġġeġ bl-ispirtu,+ beda jitkellem u jgħallem b’eżattezza dwar Ġesù, imma kien jaf biss bil-magħmudija+ taʼ Ġwanni. 26 U beda jitkellem bil-qlubija fis-sinagoga. Meta semgħuh Prixilla u Akwila,+ ħaduh magħhom u fissrulu t-triq t’Alla iktar eżatt. 27 Ukoll, peress li xtaq jaqsam għal ġo l-Akaja, l-aħwa kitbu lid-dixxipli u ħeġġewhom biex jilqgħuh b’qalb tajba. Għalhekk, meta wasal hemmhekk, kien t’għajnuna kbira+ għal dawk li kienu emmnu minħabba l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ 28 għax b’ħeġġa kbira kien jagħti prova bis-sħiħ quddiem kulħadd li l-Lhud kienu żbaljati, waqt li kien juri mill-Iskrittura+ li Ġesù kien il-Kristu.+