Numri
9 U Ġeħova kellem lil Mosè fix-xagħri tas-Sinaj fit-tieni sena mill-ħruġ tagħhom mill-art taʼ l-Eġittu, fl-ewwel xahar,+ u qallu: 2 “Issa wlied Israel għandhom iħejju s-sagrifiċċju tal-Qbiż+ fiż-żmien stabbilit għalih.+ 3 Fl-erbatax taʼ dan ix-xahar bejn inżul ix-xemx u d-dlam+ għandkom tħejjuh fiż-żmien stabbilit għalih. Skond l-istatuti kollha tiegħu u l-proċeduri regulari kollha tiegħu għandkom tħejjuh.”+
4 Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel biex iħejju s-sagrifiċċju tal-Qbiż. 5 Imbagħad ħejjew is-sagrifiċċju tal-Qbiż fl-ewwel xahar, fl-erbatax tax-xahar bejn inżul ix-xemx u d-dlam, fix-xagħri tas-Sinaj. Skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.+
6 Issa kien hemm xi rġiel li ma baqgħux nodfa għax messew ruħ mejta,+ u b’hekk ma setgħux iħejju s-sagrifiċċju tal-Qbiż dakinhar. Għalhekk, dakinhar ippreżentaw lilhom infushom quddiem Mosè u Aron.+ 7 Imbagħad dawk l-irġiel qalulu: “Għalkemm m’aħniex nodfa għax messejna ruħ mejta, għala għandna niġu mċaħħdin milli nippreżentaw l-offerta+ lil Ġeħova fiż-żmien stabbilit tagħha f’nofs ulied Israel?” 8 U Mosè wiġibhom: “Oqogħdu hemm, ħa nara x’se jikkmanda Ġeħova dwarkom.”+
9 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 10 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għalkemm xi raġel minnkom jew mill-ġenerazzjonijiet tagħkom ma jibqax nadif għax imiss ruħ mejta+ jew ikun fuq xi vjaġġ ’il bogħod, hu wkoll irid iħejji s-sagrifiċċju tal-Qbiż lil Ġeħova. 11 Fit-tieni xahar,+ fl-erbatax-il jum bejn inżul ix-xemx u d-dlam għandhom iħejjuh. Flimkien mal-ħobż bla ħmira u l-ħxejjex morri għandhom jikluh.+ 12 Ma jridu jħallu xejn minnu għal fil-għodu,+ u m’għandhom jiksrulu ebda għadma.+ Skond l-istatut kollu tal-Qbiż għandhom iħejjuh.+ 13 Imma jekk ir-raġel ikun nadif jew ma jkunx fuq xi vjaġġ u jonqos li jħejji s-sagrifiċċju tal-Qbiż, dan ir-raġel* irid jiġi maqtugħ minn mal-poplu tiegħu,+ għaliex ma jkunx ippreżenta l-offerta taʼ Ġeħova fiż-żmien stabbilit tagħha. Dan ir-raġel irid iwieġeb għad-dnub tiegħu.+
14 “‘U jekk resident barrani jkun qed jgħammar bħala barrani magħkom, hu wkoll irid iħejji s-sagrifiċċju tal-Qbiż lil Ġeħova.+ Hekk għandu jagħmel, skond l-istatut tal-Qbiż u skond il-proċedura regulari tiegħu.+ Għandu jkun hemm statut wieħed għalikom, kemm għar-resident barrani u kemm għal dak li twieled fil-pajjiż.’”+
15 Issa dakinhar li twaqqaf it-tabernaklu+ s-sħaba għattiet it-tabernaklu tat-tinda tat-Testimonjanza,+ imma fil-għaxija fuq it-tabernaklu kien hemm bħal nar+ li baqaʼ sa fil-għodu. 16 Dejjem hekk kien isir: Is-sħaba kienet tgħattih bi nhar u n-nar kien jidher bil-lejl.+ 17 U kulmeta s-sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-tinda, ulied Israel kienu jitilqu minnufih,+ u fejn kienet tieqaf is-sħaba, hemmhekk kienu jikkampjaw ulied Israel.+ 18 Bl-ordni taʼ Ġeħova wlied Israel kienu jitilqu, u bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw.+ Il-jiem kollha li s-sħaba kienet tibqaʼ fuq it-tabernaklu, huma kienu jibqgħu kkampjati. 19 U meta s-sħaba kienet tibqaʼ ħafna iktar jiem fuq it-tabernaklu, ulied Israel ukoll kienu jħarsu l-obbligu tagħhom lejn Ġeħova u ma kinux jitilqu.+ 20 U kultant is-sħaba kienet tibqaʼ ftit jiem fuq it-tabernaklu. Bl-ordni+ taʼ Ġeħova kienu jibqgħu kkampjati, u bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. 21 U kultant is-sħaba+ kienet tibqaʼ minn fil-għaxija sa fil-għodu; u s-sħaba kienet titlaʼ ’l fuq fil-għodu, u huma kienu jitilqu. Sew jekk kien ikun bi nhar u sew jekk kien ikun bil-lejl li s-sħaba titlaʼ ’l fuq, huma wkoll kienu jitilqu.+ 22 Sew jekk kienu jumejn, sew jekk kien xahar, u sew jekk kienu iktar jiem li matulhom is-sħaba kienet tibqaʼ iktar fuq it-tabernaklu billi tieqaf fuqu, ulied Israel kienu jibqgħu kkampjati u ma kinux jitilqu, imma meta kienet titlaʼ ’l fuq kienu jitilqu.+ 23 Bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jikkampjaw, u bl-ordni taʼ Ġeħova kienu jitilqu. Huma ħarsu l-obbligu tagħhom+ lejn Ġeħova bl-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+