-
2 Kronaki 9:1Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 Issa r-reġina taʼ Xeba semgħet dwar il-fama li kellu Salamun, għalhekk marret Ġerusalemm biex tittestja l-għerf tiegħu b’mistoqsijiet diffiċli.* Magħha kien hemm ammont impressjonanti taʼ qaddejja, u iġmla jġorru żejt tal-balzmu, kwantità kbira taʼ deheb, u ħaġar prezzjuż. Hi daħlet għand Salamun u kellmitu fuq dak kollu li kien għal qalbha.
-
-
Salm 72:10Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
10 Ir-rejiet taʼ Tarsis u tal-gżejjer se jħallsu t-taxxi.
Ir-rejiet taʼ Xeba u Seba se jġibu r-rigali.
-