-
Ġeremija 49:17Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
17 “U Edom għandu jsir xi ħaġa tal-biżaʼ. Kull min jgħaddi minn ħdejh se jiċċassa bil-biżaʼ u se jxengel rasu minħabba l-kastigi kollha li ġew fuqu.
-
-
Ġeremija 49:18Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
18 Bħalma nqerdu Sodoma u Gomorra u l-bliet taʼ madwarhom, ħadd mhu se jgħix hemm, u l-ebda bniedem mhu se jissetilja hemm,” jgħid Ġeħova.
-
-
Malakija 1:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 “Minħabba li Edom* jibqaʼ jgħid, ‘Aħna ġejna mfarrkin, imma se niġu lura u nibnu l-postijiet imħarbtin,’ hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,* ‘Huma, min-naħa tagħhom, se jibnu; imma jien, min-naħa tiegħi, se nġarraf.+ U n-nies se jsejħulhom “it-territorju tal-ħażen” u “l-poplu li Ġeħova kkundannah+ għal żmien indefinit.”*
-