19 U l-kerubini issa fetħu l-ġwienaħ tagħhom u għolew mill-art+ quddiem għajnejja. Huma u sejrin, ir-roti wkoll kienu qrib maġenbhom; u waqfu ħdejn id-daħla tal-bieb tal-lvant tad-dar taʼ Ġeħova, u l-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel kienet fuqhom, minn fuq.
6 Imbagħad wasal ħdejn il-bieb, li n-naħa taʼ quddiem tiegħu tħares lejn il-lvant,+ u telaʼ mit-taraġ. U beda jkejjel l-għatba tal-bieb,+ wiesgħa qasba, u l-għatba l-oħra, wiesgħa qasba.