-
Eżodu 29:36Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
36 Kuljum għandek toffri barri bħala offerta għad-dnub biex tpatti għad-dnubiet, u b’hekk tippurifika l-artal mid-dnub. Barra minn hekk, għandek tferraʼ ż-żejt fuq l-artal biex tqaddsu.
-
-
Levitiku 4:26Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
26 Hu jaħraq ix-xaħam kollu tiegħu fuq l-artal bħax-xaħam tas-sagrifiċċju tal-paċi. U l-qassis jagħmel tpattija għalih għad-dnub tiegħu, u b’hekk jinħafirlu.
-