-
Ġob 42:8Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
8 Għalhekk, aqbdu sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten u morru għand Ġob, u offru sagrifiċċju tal-ħruq għalikom. U l-qaddej tiegħi Ġob jitlob għalikom. Jien żgur li se naċċetta t-talba tiegħu biex ma nikkastigakomx talli għedtu affarijiet bla sens, għax intom m’għedtux il-verità dwari bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob.”
-
-
Eżekjel 20:40Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
40 “‘Għax fuq il-muntanja qaddisa tiegħi, fuq il-muntanja għolja taʼ Israel,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘hemmhekk se jaqduni, dar Israel kollha kemm hi, fil-pajjiż.+ Hemmhekk nitgħaxxaq bihom u nitlob mingħandkom il-kontribuzzjonijiet u l-ewwel frott taʼ dak li tippreżentaw li jikkonsistu fl-affarijiet imqaddsin kollha tagħkom.+
-
-
Rumani 12:1Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
12 Ħuti, peress li Alla ħenn għalikom, jien nitlobkom bil-ħniena biex toffru l-ġisem tagħkom bħala sagrifiċċju ħaj, li għandu jkun qaddis u aċċettabbli għal Alla. U hekk kif taqduh, użaw l-abbiltà li taħsbu.
-
-
1 Pietru 2:5Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
5 intom tkunu ġebel ħaj li qed tinbnew f’dar spiritwali biex tkunu qassisin qaddisa. B’hekk toffru sagrifiċċji spiritwali li Alla jaċċetta permezz taʼ Ġesù Kristu.
-