LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Proverbji 28:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Mexxej li ma jafx jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jabbuża mill-awtorità li għandu,

      Imma wieħed li jobgħod il-qligħ diżonest se jgħix iktar.

  • Isaija 32:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 Re se jmexxi bis-sewwa,

      U hemm mexxejja li se jmexxu bil-ġustizzja.

  • Isaija 60:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Minflok ir-ram se nġib id-deheb,

      Minflok il-ħadid se nġib il-fidda,

      Minflok l-injam, ir-ram,

      U minflok il-ġebel, il-ħadid.

      Jien se nagħtik il-paċi u l-ġustizzja,

      U dawn se jkunu bħala l-imgħallmin tiegħek u bħala dawk li jagħtuk ix-xogħol.

  • Ġeremija 22:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 ‘Imma int moħħok* biss biex tagħmel qligħ diżonest,

      Toqtol nies innoċenti,

      U tagħmel il-frodi u tieħu l-affarijiet taʼ ħaddieħor.’

  • Ġeremija 23:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 “Se jiġi żmien meta npoġġi fuq it-tron dixxendent ġust* taʼ David,” jgħid Ġeħova. “Ir-re li se jmexxi se jkun għaqli u jagħmel is-sewwa u l-ġustizzja fil-pajjiż.

  • Eżekjel 22:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Il-prinċpijiet tagħha li hemm fiha huma bħal ilpup li jtertqu l-priża, għax ixerrdu d-demm+ u jeqirdu n-nies* sabiex jagħmlu qligħ inġust.+

  • Eżekjel 46:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U l-kap ewlieni m’għandux jieħu xi wirt minn tan-nies u jkeċċihom mill-proprjetà tagħhom.+ Mill-proprjetà tiegħu stess għandu jagħti lil uliedu bħala wirt, sabiex ħadd mill-poplu tiegħi ma jixxerred ’il bogħod mill-proprjetà tiegħu.’”+

  • Mikea 3:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U jien għedt: “Isimgħu, jekk jogħġobkom, intom il-kapijiet taʼ Ġakobb u intom il-kmandanti taʼ dar Israel.+ Ma jmisskomx tkunu tafu x’inhi l-ġustizzja?+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja