-
Dewteronomju 32:32Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
32 Għax id-dielja tagħhom hi mid-dielja taʼ Sodoma
U mill-għelieqi tad-dwieli taʼ Gomorra.
L-għeneb tagħhom għeneb velenuż,
L-għenieqed tagħhom morri.
-
-
Salm 80:8Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
8 Int ħriġt lill-poplu tiegħek mill-Eġittu bħallikieku qlajt dielja minn postha.
Imbagħad keċċejt lill-popli mill-art tagħhom, u ħawwilt id-dielja hemm.
-
-
Isaija 5:1Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
5 Jekk jogħġobkom, ħalluni ħa nkanta lill-maħbub tiegħi
Għanja dwar l-għażiż tiegħi u l-għalqa tad-dwieli tiegħu.
Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja b’ħamrija tajba.
-
-
Marku 12:1Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
12 Imbagħad beda jkellimhom billi juża l-eżempji: “Raġel ħawwel għalqa bid-dwieli, għamel ċint madwarha, ħaffer post fejn jagħsar l-għeneb, u bena torri. Imbagħad ħallieha f’idejn il-bdiewa u siefer.
-