-
Dewteronomju 33:2Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
2 Hu qal:
“Ġeħova ġie mis-Sinaj,
U idda fuqhom mis-Segħir.
Idda bil-glorja mir-reġjun muntanjuż tal-Faran,
U miegħu kien hemm għaxriet t’eluf t’anġli qaddisin,
U fuq il-lemin tiegħu kien hemm il-gwerriera tiegħu.
-
-
1 Slaten 22:19Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
19 Mikaja mbagħad qal: “Issa ismaʼ dak li jgħid Ġeħova. Jien rajt lil Ġeħova bilqiegħda fuq it-tron tiegħu u l-armata kollha tas-sema ħdejh, fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħu.
-
-
Salm 68:17Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
17 Alla għandu eluf u eluf ta’ karrijiet tal-gwerra.
Ġeħova mar fil-post qaddis mis-Sinaj.
-
-
Lhud 12:22Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
22 Imma intom ersaqtu lejn il-Muntanja Sijon u l-belt tal-Alla l-ħaj, jiġifieri Ġerusalemm tas-sema, lejn l-għaxriet t’eluf t’anġli
-