-
Mattew 19:28Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
28 Ġesù qalilhom: “Naċċertakom li Alla se jagħmel kollox ġdid meta jien, Bin il-bniedem, inkun bilqiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħi. Dak iż-żmien, intom li ġejtu warajja se toqogħdu bilqiegħda fuq 12-il tron u tiġġudikaw lit-12-il tribù t’Iżrael.
-
-
Luqa 22:29Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
29 u jien nagħmel patt magħkom għal saltna, bħalma Missieri għamel miegħi.
-
-
Rivelazzjoni 3:21Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
21 Lil min jirbaħ id-dinja, jien se nħallih ipoġġi bilqiegħda miegħi fuq it-tron tiegħi, bħalma jien irbaħt id-dinja u poġġejt ħdejn Missieri fuq it-tron tiegħu.
-
-
Rivelazzjoni 20:4Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
4 U jien rajt tronijiet, u dawk bilqiegħda fuqhom ingħataw awtorità biex jiġġudikaw. Iva, rajt id-demm* taʼ dawk li ġew maqtulin* għax taw xhieda dwar Ġesù u tkellmu dwar Alla, u taʼ dawk li ma qimux il-bhima salvaġġa u l-istatwa tagħha u li ma rċivewx il-marka fuq moħħhom u fuq idhom. Huma ħadu l-ħajja u mexxew bħala rejiet mal-Kristu għal 1,000 sena.
-