-
Eżodu 3:15Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
15 Imbagħad Alla reġaʼ qal lil Mosè:
“Dan għandek tgħidilhom lill-Iżraelin, ‘Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, l-Alla t’Abraham, l-Alla taʼ Iżakk, u l-Alla taʼ Ġakobb, bagħatni għandkom.’ Dan hu ismi għal dejjem, u b’dan l-isem insir magħruf minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.
-
-
Ġeremija 31:35Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
35 Hekk jgħid Ġeħova,
Li għamel ix-xemx biex ikun hemm id-dawl matul il-ġurnata,
U li għamel il-liġijiet għall-qamar u l-istilel biex ikun hemm id-dawl billejl,
Li jċaqlaq il-baħar u jagħmel il-mewġ tiegħu qawwi ħafna,
Li ismu hu Ġeħova tal-armati:
-