-
1 Samwel 12:15Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
15 Imma jekk ma tisimgħux minn leħen Ġeħova u tirribellaw kontra l-kmand taʼ Ġeħova, Ġeħova jikkastiga lilkom u lil missirijietkom.
-
-
2 Kronaki 36:19Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
19 Hu ħaraq id-dar tal-Alla l-veru, waqqaʼ s-sur taʼ Ġerusalemm, ħaraq it-torrijiet iffortifikati kollha tagħha, u qered kull ħaġa taʼ valur.
-
-
Ġeremija 17:27Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
27 “‘“Imma jekk ma tobdunix billi ma żżommux is-Sabat qaddis u ġġorru tagħbijiet u ddaħħluhom mill-bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-Sabat, jien se naħraq il-bibien tagħha bin-nar, u dan se jaħraq u jġib fix-xejn it-torrijiet iffortifikati taʼ Ġerusalemm u mhux se jintefa.”’”
-
-
Ġeremija 37:8Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
8 U l-Kaldin se jiġu lura, jiġġieldu kontra din il-belt, jirbħuha, u jaħarquha.”
-
-
Ġeremija 52:13Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
13 Hu ħaraq id-dar taʼ Ġeħova, il-palazz tar-re, id-djar kollha taʼ Ġerusalemm, u kull dar kbira.
-
-
Ħosea 8:14Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
14 Iżrael nesa lil Dak li Għamlu u bena tempji,
U Ġuda bena ħafna bliet iffortifikati.
Imma jien se nibgħat nar fil-bliet tiegħu,
U dan jaħraq it-torrijiet taʼ kull waħda minnhom.”
-