LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 6:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Wara dan, Alla qal lil Noè: “Iddeċidejt li neqred il-bnedmin kollha, għaliex l-art hi mimlija vjolenza minħabba fihom, allura se neqridhom flimkien mal-art.

  • Ġenesi 18:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Ġeħova qal: “Għandi ngħidlu lil Abraham dak li se nagħmel?

  • 1 Slaten 22:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 U issa Ġeħova ħalla lil dan l-anġlu jġiegħel lil dawn il-profeti kollha jigdbulek, għax fir-realtà Ġeħova ddeċieda li jġib il-gwaj fuqek.”

  • 2 Slaten 3:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 għax hekk jgħid Ġeħova: “La se taraw riħ u lanqas xita; imma l-wied se jimtela bl-ilma, u se tixorbu minnu intom u l-annimali kollha tagħkom.”’

  • 2 Slaten 22:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 B’hekk, se niġbrok mal-antenati tiegħek* u tindifen fil-paċi, u għajnejk ma jarawx il-gwaj kollu li se nġib fuq dan il-post.’”’” Imbagħad huma wasslu r-risposta lir-re.

  • Salm 25:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkollhom ħbiberija mill-qrib miegħu,

      U hu jgħallimhom dwar il-patt tiegħu.

  • Isaija 42:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  9 L-affarijiet li għedtilkom dwarhom żmien ilu ġraw;

      Issa qed ngħidilkom affarijiet ġodda,

      U se nagħmel dan qabel ma jibdew jidhru.”

  • Danjel 9:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 U, biex ifehemni, kellimni u qalli:

      “O Danjel, issa jien ġejt biex nagħtik id-dehen u l-abbiltà li tifhem.+

  • Danjel 11:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 U issa se ngħidlek x’inhi l-verità:+

      “Ara! Għad ikun hemm tliet slaten li jqumu fil-Persja,+ u r-rabaʼ wieħed+ jiġmaʼ iktar rikkezzi mill-oħrajn kollha.+ U malli jsir b’saħħtu bir-rikkezzi tiegħu, hu jqum b’kulma għandu kontra s-saltna tal-Greċja.+

  • Ġwanni 15:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Jien ma ngħidilkomx iktar ilsiera, għax l-ilsir ma jkunx jaf x’jagħmel sidu. Imma ngħidilkom ħbieb, għax għedtilkom dwar dak kollu li smajt mingħand Missieri.

  • Rivelazzjoni 1:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 1 Din hi r-rivelazzjoni* minn Ġesù Kristu, li tah Alla, biex juri lill-qaddejja tiegħu l-affarijiet li żgur se jiġru dalwaqt. Ġesù bagħat lill-anġlu tiegħu, u ppreżentaha b’mod simboliku lili, il-qaddej t’Alla,* Ġwanni.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja