11 Dakinhar, Ġeħova se juri l-qawwa tiegħu għat-tieni darba, biex jgħin lil dawk li baqaʼ mill-poplu tiegħu. Hu se jġibhom lura mill-Assirja, mill-Eġittu, minn Patros, minn Kus, minn Għelam, mis-Sinar,* minn Ħamat, u mill-gżejjer.
12 Poplu t’Iżrael, bħalma xi ħadd ifarfar il-frott minn siġra u jiġbru waħda waħda, Ġeħova se jiġbor lilkom li intom imxerrdin billi jibda mix-Xmara* sal-wied tal-Eġittu.
25 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+
14 U niġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jixorbu l-inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+
7 U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+