LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 11:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Dakinhar, Ġeħova se juri l-qawwa tiegħu għat-tieni darba, biex jgħin lil dawk li baqaʼ mill-poplu tiegħu. Hu se jġibhom lura mill-Assirja, mill-Eġittu, minn Patros, minn Kus, minn Għelam, mis-Sinar,* minn Ħamat, u mill-gżejjer.

  • Ġeremija 31:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  7 Għax hekk jgħid Ġeħova:

      “Kantaw lil Ġakobb bil-ferħ.

      Għajtu bil-ferħ minħabba li intom l-ewwel fost il-popli.

      Xandru l-messaġġ, faħħru lil Alla, u għidu,

      ‘Ġeħova, salva l-poplu tiegħek, dak li fadal minn Iżrael.’

  • Mikea 2:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 “‘Żgur li niġmaʼ lil Ġakobb, kollu kemm hu;+ żgur li niġmaʼ flimkien lil dawk li fadal minn Israel.+ Inqegħedhom flimkien, bħal merħla fil-maqjel, bħal merħla f’nofs il-mergħa tagħha;+ hemmhekk ikun storbjuż bil-bnedmin.’+

  • Mikea 4:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

  • Ħaggaj 1:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 Żerubbabel it-tifel taʼ Saltijel, Ġożwè l-qassis il-kbir li hu t-tifel taʼ Ġeħosadak, u l-bqija tal-poplu, semgħu minn Ġeħova l-Alla tagħhom u dak li għedt jien, il-profeta Ħaggaj, għax kien Ġeħova l-Alla tagħhom li bagħatni. Il-poplu beda jibżaʼ minħabba l-messaġġ taʼ Ġeħova.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja