-
Isaija 16:6Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
6 Aħna smajna kemm huma kburin in-nies taʼ Mowab.
Smajna li huma suppervi, kburin, u rrabjati ħafna;
Imma l-paroli fil-vojt tagħhom se jiġi fix-xejn.
-
-
Ġeremija 48:29Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
29 “Smajna bil-kburija taʼ Mowab, u hu supperv ħafna.
Smajna kemm hu arroganti, kburi, supperv, u jaħseb li hu xi ħaġa.”
-
-
Għobadija 3Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
3 Il-kburija taʼ qalbek qarrqet bik,
Int li tgħix fil-kenn tal-blat,
Li tgħix fl-għoli, u li qed tgħid f’qalbek,
‘Min jistaʼ jniżżilni fl-art?’
-