Eżekjel
44 U reġaʼ ħadni lejn il-bieb tas-santwarju, dak taʼ barra li jħares lejn il-lvant,+ u kien magħluq.+ 2 Imbagħad Ġeħova qalli: “Dan il-bieb se jibqaʼ magħluq. Ma jinfetaħx, u l-ebda bniedem ma jidħol minnu; għax Ġeħova nnifsu, l-Alla taʼ Israel,+ daħal minnu, u jrid jibqaʼ magħluq. 3 Madankollu, il-kap ewlieni+—bħala kap ewlieni, se joqgħod bil-qiegħda fil-bieb, sabiex jiekol il-ħobż quddiem Ġeħova.+ Mil-loġġa tal-bieb jidħol, u minnha joħroġ.”+
4 U mbagħad ħadni mill-bieb tat-tramuntana għal quddiem id-Dar, sabiex nara. U l-glorja taʼ Ġeħova mliet id-dar taʼ Ġeħova.+ U jien inxtħett wiċċi fl-art.+ 5 Imbagħad Ġeħova qalli: “Bin il-bniedem, kun moħħok+ hawn u ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk kulma qed ngħidlek dwar l-istatuti kollha tad-dar taʼ Ġeħova u dwar il-liġijiet kollha tagħha, u kun moħħok fid-daħla tad-Dar bil-postijiet kollha tal-ħruġ tas-santwarju. 6 U għid lil Ribelljoni,+ lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Għamiltu biżżejjed bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom, O dar Israel,+ 7 meta ddaħħlu lill-barranin mhux ċirkonċiżi f’qalbhom u mhux ċirkonċiżi f’ġisimhom,+ u jiġu fis-santwarju tiegħi u jipprofanawh, iva, id-dar tiegħi; meta tippreżentaw il-ħobż tiegħi,+ xaħam+ u demm,+ waqt li l-patt tiegħi jkompli jinkiser minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom.+ 8 U ma ħadtux ħsieb l-obbligu taʼ l-affarijiet imqaddsin tiegħi,+ u lanqas ma qabbadtu lil oħrajn biex jieħdu ħsieb l-obbligu tiegħi fis-santwarju tiegħi minflokkom.”’+
9 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “L-ebda barrani, mhux ċirkonċiż fil-qalb u mhux ċirkonċiż fil-ġisem, ma jistaʼ jidħol fis-santwarju tiegħi, jiġifieri, kwalunkwe barrani li hemm fost ulied Israel.”’+
10 “‘Imma l-Leviti li tbiegħdu minni+ meta Israel, li żvija minn warajja, żvija għal wara l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel, huma wkoll jitgħabbew bl-iżball tagħhom.+ 11 U mbagħad fis-santwarju tiegħi jsiru ministri b’pożizzjonijiet taʼ indokrar fil-bibien tad-Dar u ministri fid-Dar.+ Huma joqtlu l-offerta sħiħa tal-ħruq u s-sagrifiċċju għan-nies,+ u jieqfu quddiemhom biex jaqduhom.+ 12 Talli baqgħu jaqduhom quddiem l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel+ u saru tfixkil għal dar Israel biex tiżbalja,+ għalhekk għollejt idi kontrihom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u jridu jitgħabbew bl-iżball tagħhom. 13 U ma jersqux lejja biex jaqduni bħala qassisin jew biex jersqu lejn l-affarijiet imqaddsin tiegħi, lejn l-iktar affarijiet imqaddsin,+ u jridu jġorru l-umiljazzjoni tagħhom u l-konsegwenzi taʼ l-affarijiet mistkerrhin li għamlu.+ 14 U jien nagħtihom l-inkarigu li jieħdu ħsieb l-obbligu tad-Dar, fejn jidħol is-servizz kollu tagħha u kulma jrid isir fiha.’+
15 “‘U l-qassisin Levitiċi,+ ulied Sadok,+ li ħadu ħsieb l-obbligu tas-santwarju tiegħi meta wlied Israel żvijaw minn warajja,+ se jersqu lejja biex jaqduni, u se jieqfu quddiemi+ biex jippreżentawli x-xaħam+ u d-demm,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 16 ‘Huma dawn li se jidħlu fis-santwarju tiegħi,+ u huma jersqu lejn il-mejda tiegħi biex jaqduni,+ u huma jieħdu ħsieb l-obbligu lejja.+
17 “‘U meta jidħlu fil-bibien tal-bitħa taʼ ġewwa, iridu jilbsu lbiesi taʼ l-għażel, u m’għandu jkollhom l-ebda lbies tas-suf fuqhom meta jaqdu fil-bibien tal-bitħa taʼ ġewwa u fuq ġewwa.+ 18 Fuq rashom ikollhom għata taʼ l-għażel,+ u fuq ġenbejhom għandu jkollhom qliezet taʼ taħt taʼ l-għażel.+ M’għandhomx jilbsu lbies li jġegħelhom jogħrqu. 19 U meta joħorġu fil-bitħa taʼ barra, iva, fil-bitħa taʼ barra lejn in-nies, iridu jinżgħu l-ilbiesi tagħhom li jkunu qed jaqdu bihom,+ u jħalluhom fil-kmamar taʼ l-ikel qaddisin+ u jilbsu lbiesi oħrajn, sabiex ma jqaddsux in-nies bl-ilbiesi tagħhom.+ 20 U m’għandhomx iqaxxru rashom,+ u xagħarhom m’għandhomx iħalluh jitwal. Iridu assolutament jaqtgħu xagħar rashom.+ 21 U ħadd mill-qassisin m’għandu jixrob inbid meta jidħol fil-bitħa taʼ ġewwa.+ 22 U m’għandhom jieħdu lill-ebda armla jew mara divorzjata bħala marthom,+ imma jistgħu jieħdu verġni minn ulied dar Israel,+ jew armla li tkun l-armla taʼ qassis.’
23 “‘U għandhom jgħallmu lill-poplu tiegħi d-differenza bejn ħaġa qaddisa u ħaġa profana; u għandhom jgħarrfuhom bid-differenza bejn dak li hu nadif u dak li mhux nadif.+ 24 U f’kawża legali huma stess iridu jieqfu sabiex jiġġudikaw;+ bid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi jiġġudikaw.+ U għandhom iħarsu l-liġijiet u l-istatuti tiegħi dwar l-istaġuni tal-festi kollha tiegħi,+ u għandhom iqaddsu s-Sabatijiet tiegħi.+ 25 U qassis m’għandux jidħol ħdejn persuna mejta u b’hekk ma jibqax nadif, imma għal missieru jew għal ommu jew għal ibnu jew għal bintu jew għal ħuh jew għal oħtu li ma jkollhiex raġel jistaʼ ma jibqax nadif.+ 26 U wara l-purifikazzjoni tiegħu, iridu jgħoddulu sebat ijiem.+ 27 U dakinhar li jidħol fil-post qaddis, fil-bitħa taʼ ġewwa, biex jaqdi fil-post qaddis, għandu jippreżenta l-offerta tad-dnub tiegħu,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
28 “‘U dan isir tagħhom bħala wirt: Jien il-wirt tagħhom.+ U intom m’għandkom tagħtuhom xejn biex tkun il-proprjetà tagħhom f’Israel: Jien il-proprjetà tagħhom. 29 L-offerta tal-qmuħ u l-offerta għad-dnub u l-offerta għall-ħtija jikluhom huma.+ U kull ħaġa dedikata* f’Israel issir tagħhom.+ 30 U l-ewwel mill-ewwel frott misjur taʼ kull xorta u l-ewwel minn kull kontribuzzjoni taʼ kull xorta, minn dak kollu li ġġibu bħala kontribuzzjonijiet, isiru tal-qassisin;+ u l-ewwel frott tad-dqiq mhux irfinut għandkom tagħtuh lill-qassis,+ sabiex il-barka tistrieħ fuq id-dar tagħkom.+ 31 Il-qassisin m’għandhom jieklu l-ebda ġisem li jkun diġà mejjet u l-ebda ħliqa mit-tjur jew mill-bhejjem li tkun tqattgħet biċċiet.’+