LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 27
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Il-Liġi għandha tinkiteb fuq il-ġebel (1-10)

      • Ħdejn il-Muntanja Għebal u l-Muntanja Geriżim (11-14)

      • Jerġgħu jintqalu s-saħtiet (15-26)

Dewteronomju 27:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “bajdu bil-ġir.”

Dewteronomju 27:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “tbajdu bil-ġir.”

Dewteronomju 27:12

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/1/1996, p. 6

Dewteronomju 27:13

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/1/1996, p. 6

Dewteronomju 27:14

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1996),

    7/1/1996, p. 6

Dewteronomju 27:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “statwa mill-metall imdewweb.”

  • *

    Jew “minn idejn min jaħdem l-injam u l-metall.”

  • *

    Jew “Hekk ikun!”

Dewteronomju 27:17

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 27:19

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “lit-tifel bla missier.”

Dewteronomju 27:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “jimtedd.”

  • *

    Letteralment “kixef id-dublett taʼ missieru.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 27:1-26

Dewteronomju

27 Imbagħad Mosè, flimkien mal-anzjani t’Iżrael, ikkmanda lill-poplu u qallu: “Obdi kull kmandament li qed nagħtik illum. 2 U dakinhar li taqsam il-Ġordan biex tidħol fl-art li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek, waqqaf ġebel kbir u iksih bil-ġibs.* 3 Meta tkun qsamt, ikteb fuqu l-kliem kollu taʼ din il-Liġi, sabiex tidħol fl-art li qed jagħtik Ġeħova l-Alla tiegħek, art li tipproduċi ħafna ħalib u għasel, bħalma wiegħdek Ġeħova l-Alla taʼ missirijietek. 4 Meta tkun qsamt il-Ġordan, għandek twaqqaf dan il-ġebel fuq il-Muntanja Għebal u tiksih bil-ġibs,* bħalma qed nikkmandak illum. 5 Hemmhekk trid ukoll tibni artal lil Ġeħova l-Alla tiegħek, artal tal-ġebel. Tużax għodda tal-ħadid fuqu. 6 Għandek tibni l-artal taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek b’ġebel mhux maħdum u toffri fuqu offerti tal-ħruq lil Ġeħova l-Alla tiegħek. 7 Offri s-sagrifiċċji tal-paċi u kulhom hemm, u int tifraħ quddiem Ġeħova l-Alla tiegħek. 8 U ikteb b’mod ċar il-kliem kollu taʼ din il-Liġi fuq il-ġebel.”

9 Imbagħad Mosè u l-qassisin Leviti kellmu lil Iżrael kollu u qalulu: “Oqgħod kwiet u ismaʼ Iżrael. Illum int sirt il-poplu taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek. 10 Ismaʼ minn leħen Ġeħova l-Alla tiegħek u obdi l-kmandamenti u r-regoli tiegħu li qed nagħtikom illum.”

11 Dakinhar Mosè kkmanda lill-poplu u qallu: 12 “Dawn huma t-tribujiet li se joqogħdu fuq il-Muntanja Geriżim biex jgħidu l-barkiet li se jirċievu n-nies meta tkunu qsamtu l-Ġordan: Simegħon, Levi, Ġuda, Issakar, Ġużeppi, u Benjamin. 13 U dawn huma t-tribujiet li se joqogħdu fuq il-Muntanja Għebal biex jgħidu lin-nies x’inhuma s-saħtiet: Ruben, Gad, Aser, Żebulun, Dan, u Naftali. 14 U l-Leviti jridu jgħidu b’leħen għoli lin-nies kollha t’Iżrael:

15 “‘Misħut ir-raġel li jagħmel statwa skolpita jew statwa tal-metall* u jaħbiha. Ħaġa bħal din magħmula minn xi ħadd tas-sengħa* hi moqżieża għal Ġeħova.’ (U l-poplu kollu jwieġeb u jgħid, ‘Ammen!’*)

16 “‘Misħut min jittratta lil missieru jew lil ommu b’diżrispett.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

17 “‘Misħut min iressaq il-marka tal-fruntiera tal-ġar tiegħu.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

18 “‘Misħut min joħroġ lil xi ħadd li ma jarax ’il barra minn triqtu.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

19 “‘Misħut min iċaħħad lir-resident barrani, lill-orfni,* jew lill-armla mid-drittijiet tagħha.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

20 “‘Misħut min ikollu x’jaqsam* maʼ mart missieru, għax ikun iddiżonora lil missieru.’* (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

21 “‘Misħut min ikollu x’jaqsam m’annimal.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

22 “‘Misħut min ikollu x’jaqsam m’oħtu, bint missieru jew bint ommu.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

23 “‘Misħut min ikollu x’jaqsam mal-kunjata tiegħu.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

24 “‘Misħut min jistaħba biex jattakka u joqtol lil xi ħadd.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

25 “‘Misħut min jaċċetta t-tixħim biex joqtol persuna innoċenti.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

26 “‘Misħut min ma jobdix din il-Liġi.’ (U l-poplu kollu jgħid, ‘Ammen!’)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja