Salm
Għanja taʼ David.
110 Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi:
“Oqgħod bilqiegħda fuq il-lemin tiegħi
Sakemm inpoġġi l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”
2 Ġeħova se jagħtik awtorità fuq Sijon u postijiet oħra.
Hu se jgħid: “Mexxi fost l-għedewwa tiegħek.”
3 Dakinhar li int tmexxi l-armata għall-battalja,
In-nies tiegħek se joffru lilhom infushom minn jeddhom.
Grupp taʼ żgħażagħ jappoġġawk.
Huma bħall-qtar tan-nida taʼ filgħodu.
Fihom, wieħed jistaʼ jara kemm hi sabiħa l-qdusija.
4 Ġeħova mhux se jibdel fehmtu* dwar din il-ħalfa:
Int qassis bħalma kien Melkisedek
U se tkun qassis għal dejjem!”
5 Ġeħova se jkun fuq il-lemin tiegħek;
Alla se jkisser ir-rejiet dakinhar li juri r-rabja tiegħu.
Hu se jkisser lil dak li jmexxi* fuq l-art kollha.*
7 Fi triqtu hu* se jixrob mix-xmara.
Għalhekk, se jkun rebbieħ.