LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 11
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Intom rajtu l-kobor taʼ Ġeħova (1-7)

      • L-Art Imwiegħda (8-12)

      • Jekk jobdu jiġu mberkin (13-17)

      • Daħħlu l-kliem t’Alla f’qalbkom (18-25)

      • “Barka jew saħta” (26-32)

Dewteronomju 11:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “lilkom.”

Dewteronomju 11:9

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    8/1/2007, p. 29

Dewteronomju 11:10

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “issaqquha b’sieqkom,” jiġifieri b’xi ħaġa li titħaddem bis-saqajn, sew jekk b’xi rota tal-ilma u sew billi jsiru u jinfetħu kanali tal-ilma.

Dewteronomju 11:12

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    8/1/2007, p. 29

Dewteronomju 11:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “tiegħi.”

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 11:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “jien.” Hawn u fil-vers li jmiss “hu” qed tirreferi għal Alla.

  • *

    Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Dewteronomju 11:16

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    6/2019, pp. 3-4

Dewteronomju 11:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

  • *

    Jew “strixxa.”

  • *

    Letteralment “bejn għajnejkom.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1998),

    6/1/1998, p. 20

    Hena fil-Familja, p. 71

Dewteronomju 11:19

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Hena fil-Familja, p. 71

    It-Torri tal-Għassa (1995),

    5/1/1995, p. 22

    Tgħix Għal Dejjem, p. 245

Dewteronomju 11:24

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jiġifieri l-Baħar il-Kbir, il-Mediterran.

Dewteronomju 11:30

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “inżul ix-xemx.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
  • 30
  • 31
  • 32
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 11:1-32

Dewteronomju

11 “Ħobb lil Ġeħova l-Alla tiegħek u dejjem agħmel dak li jitlob minnek u obdi l-liġijiet, id-deċiżjonijiet ġudizzjali, u l-kmandamenti tiegħu. 2 Intom tafu li llum qed inkellem lilkom u mhux lit-tfal tagħkom li m’esperjenzawx jew ma rawx id-dixxiplina taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom, il-kobor tiegħu, u l-id b’saħħitha u l-qawwa tiegħu. 3 Huma ma rawx is-sinjali tiegħu u dak li għamel fl-Eġittu lill-Fargħun ir-re tal-Eġittu u lil artu kollha; 4 jew dak li għamel lill-armati tal-Eġittu, liż-żwiemel u l-karrijiet tal-gwerra tal-Fargħun, li għattiehom bl-ilmijiet tal-Baħar l-Aħmar meta kienu qed jiġru warajkom, u li Ġeħova qeridhom darba għal dejjem. 5 Huma ma rawx x’għamel għalikom* fid-deżert sakemm ġejtu f’dan il-post, 6 jew x’għamel lil Datan u lil Abiram, it-tfal t’Eljab bin Ruben, meta l-art infetħet u belgħet lilhom, lin-nies taʼ darhom, it-tined tagħhom, u kull ħaġa ħajja li mxiet warajhom, quddiem għajnejn Iżrael kollu. 7 Intom rajtu b’għajnejkom stess l-affarijiet kbar kollha li għamel Ġeħova.

8 “Obdu l-kmandamenti kollha li qed nagħtikom illum, sabiex issiru poplu b’saħħtu u tidħlu fl-art biex tiħduha f’idejkom, 9 u sabiex tgħixu ħajja twila fl-art li Ġeħova ħalef li jagħti lil missirijietkom u lil dawk li kienu se jiġu minnhom, art li tipproduċi ħafna ħalib u għasel.

10 “L-art li se tieħdu f’idejkom mhix bħall-art tal-Eġittu li ħriġtu minnha, fejn kontu tiżirgħu ż-żerriegħa u taħdmu iebes ħafna biex issaqquha,* bħalma ssaqqu ġnien tal-ħxejjex. 11 Imma l-art li daqt sejrin fiha u li se tieħdu hi art bil-muntanji u bil-pjanuri fil-widien. Din tixrob l-ilma li jinżel mis-sema. 12 Din hi art li jieħu ħsiebha Ġeħova l-Alla tiegħek. Għajnejn Ġeħova l-Alla tiegħek huma l-ħin kollu fuqha, matul is-sena kollha.

13 “U jekk tobdu bir-reqqa l-kmandamenti t’Alla* li qed jispjegalkom illum, tħobbu lil Ġeħova l-Alla tagħkom, u taqduh b’qalbkom u b’ruħkom* kollha, 14 hu* wkoll jagħti x-xita lill-għelieqi tagħkom fiż-żmien xieraq, xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa, u intom tiġbru ċ-ċereali,* l-inbid ġdid, u ż-żejt tagħkom. 15 U hu jipprovdilkom il-ħaxix fl-għelieqi għall-imrieħel tagħkom, u intom tieklu u tixbgħu. 16 Oqogħdu attenti li ma tħallux lil qalbkom tiżvija u tqimu allat oħrajn u tmilu quddiemhom. 17 Inkella, Ġeħova jirrabja ħafna magħkom, u jagħlaq is-sema sabiex ma tagħmilx xita u l-art ma tagħtix il-prodott tagħha, u intom malajr tmutu fl-art tajba li Ġeħova qed jagħtikom.

18 “U daħħlu dan il-kliem tiegħi f’qalbkom u f’ruħkom* u orbtuh bħala sinjal m’idkom, u jrid ikun bħala sinjal* fuq moħħkom.* 19 Għallmuh lit-tfal tagħkom billi titkellmu dwaru meta toqogħdu bilqiegħda f’darkom, meta timxu fit-triq, meta timteddu, u meta tqumu. 20 Iktbuh fuq il-koxox tal-bieb taʼ darkom u fuq il-bibien taʼ beltkom, 21 sabiex intom u t-tfal tagħkom tgħixu ħajja twila fl-art li Ġeħova ħalef li jagħti lil missirijietkom, sakemm is-sema tibqaʼ fuq l-art.

22 “Jekk iżżommu bir-reqqa mal-kmandamenti li qed nagħtikom, tobduhom, tħobbu lil Ġeħova l-Alla tagħkom, timxu fit-triqat kollha tiegħu, u tintrabtu miegħu, 23 Ġeħova jkeċċi lil dawn il-popli kollha minn quddiemkom, u intom tieħdu l-propjetà taʼ popli akbar u aqwa minnkom. 24 Kull post li tirfsu fuqu jsir tagħkom. Il-fruntiera tagħkom tkun mid-deżert sal-Libanu, u mix-Xmara Ewfrat sal-baħar tal-Punent.* 25 Ħadd ma jwaqqafkom. Ġeħova l-Alla tagħkom se jġiegħel lin-nies tal-art kollha li timxu fiha jitkexkxu u jibżgħu minnkom, bħalma wegħedkom.

26 “Illum qed nagħtikom għażla, tistgħu tagħżlu barka jew saħta. 27 Ikollkom il-barka jekk tobdu l-kmandamenti taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom li qed nikkmandakom illum. 28 U jkollkom is-saħta jekk ma tobdux il-kmandamenti taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom, jekk twarrbu mit-triq li qed nikkmandakom timxu fiha llum, u jekk timxu wara allat li ma tafux.

29 “Meta Ġeħova l-Alla tagħkom idaħħalkom fl-art li se tieħdu f’idejkom, tridu tgħidu x’inhuma l-barkiet lin-nies minn fuq il-Muntanja Geriżim u x’inhuma s-saħtiet lin-nies fuq il-Muntanja Għebal. 30 Dawn qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan lejn il-Punent,* fl-art tal-Kangħanin li jgħixu fl-Għaraba, faċċata taʼ Gilgal, ħdejn is-siġar il-kbar taʼ More. 31 Għax intom se taqsmu l-Ġordan biex tidħlu u tieħdu f’idejkom l-art li qed jagħtikom Ġeħova l-Alla tagħkom. Meta tiħduha f’idejkom u tgħixu fiha, 32 qisu li tobdu r-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali kollha li qed inpoġġi quddiemkom illum.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja