Salm
93 Ġeħova sar Re!
Il-qawwa kbira tiegħu hi bħal ħwejjeġ sbieħ;
Ġeħova hu b’saħħtu ħafna.*
Hu jilbes is-saħħa bħal ċinturin.
L-art li għamel hi soda;
Ma tistax tiċċaqlaq.*
3 Ix-xmajjar għollew leħinhom, Ġeħova,
Ix-xmajjar għamlu ħoss kbir;
Ix-xmajjar ikomplu jagħmlu iktar ħoss.
4 Imma int, Ġeħova li qiegħed fis-sema,
Int iktar b’saħħtek mill-ħoss taʼ ilmijiet fondi,
U iktar b’saħħtek mill-mewġ qawwi tal-baħar.
5 It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ min jafdahom.
Ġeħova, id-dar tiegħek hi* sabiħa u qaddisa l-ħin kollu.