Isaija
15 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Mowab:
Ar taʼ Mowab ġiet imsikkta
Minħabba li tħarbtet f’lejl.
Kir taʼ Mowab ġiet imsikkta
Minħabba li tħarbtet f’lejl.
Huma qed jibku fuq li jibku għal Nebo u Medeba.
Huma jqaxxru xagħarhom u jaqtgħu d-daqna.
3 Fit-toroq huma jilbsu l-ħwejjeġ tal-ixkora.
Fuq il-bjut u fil-pjazez jibku fuq li jibku;
Huma jinżlu jibku.
4 In-nies taʼ Ħesbon u Elegħale jgħajtu;
Leħinhom jinstemaʼ sa Ġaħas.
Hu għalhekk li l-irġiel armati taʼ Mowab jibqgħu jgħajtu.
Il-poplu* qed jirtogħod.
5 Qalbi qed tgħajjat bl-uġigħ minħabba Mowab.
Il-poplu tiegħu ħarab sa Sogħar u Għeglat-selisija.
Huma jibku waqt li telgħin it-telgħa taʼ Luħit;
Fi triqithom lejn Ħoronajm, huma jgħajtu minħabba d-diżastru.
7 Hu għalhekk li qed iġorru dak li fadlilhom fl-imħażen u mill-ġid;
Huma qed jaqsmu l-wied fejn jikbru s-siġar tal-luq.
8 Għax l-għajjat qed jirbombja mat-territorju taʼ Mowab.
Il-biki wasal s’Eglajm;
Il-biki wasal sa Bir-elim.
9 Għax l-ilmijiet taʼ Dimon imtlew bid-demm,
U Alla għandu iktar affarijiet lesti kontra Dimon.
Hu se jibgħat iljuni għal dawk li jaħarbu minn Mowab
U għal dawk li jkun fadal fil-pajjiż.