Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David. Meta ż-Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “David qed jinħeba fostna.”
54 Salvani bis-saħħa t’ismek, Alla tiegħi.
Iddefendini* bis-saħħa tiegħek.
2 Ismaʼ t-talba tiegħi, Alla tiegħi;
Jekk jogħġbok, oqgħod attent għal dak li qed ngħid.
Huma ma jinteressahomx minn Alla.* (Sela)
5 Il-ħażen li l-għedewwa tiegħi ġabu fuq ħaddieħor,
Hu se jġibu lura fuqhom.
Alla tiegħi, eqridhom* għax int leali.
6 Jien se noffrilek sagrifiċċji mill-qalb.
Ġeħova, jien se nfaħħar lill-isem mill-isbaħ tiegħek.
7 Għax int issalvani mit-tbatija kollha tiegħi,
U se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu.