Salm
Għanja taʼ David.
3 Hu jaħfirli l-iżbalji kollha
U jfejjaqli l-mard kollu.
6 Ġeħova jaġixxi bil-ġustizzja u s-sewwa
Maʼ dawk kollha li huma ttrattati ħażin.
7 Hu qal lil Mosè kif aġixxa,
U lill-Iżraelin dak li għamel.
9 Mhux se joqgħod ifittex l-iżbalji tagħna l-ħin kollu,
Mhux se jżomm f’qalbu għal dejjem.
10 Ma kkastiganiex kif jistħoqqilna għad-dnubiet tagħna,
U lanqas tana dak li ħaqqna għall-iżbalji tagħna.
11 Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu lejn dawk li jirrispettawh ħafna*
Huma kbar daqs l-għoli li hemm bejn is-sema u l-art.
12 Hu tefaʼ l-iżbalji tagħna ’l bogħod minna
Daqs il-bogħod li hemm bejn tlugħ ix-xemx u nżulha.
14 Għax hu jaf sew kif aħna magħmulin,
U jiftakar li aħna trab.
15 Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal ħaxix;
Bħall-ħaxix li jikber f’għalqa.
Hu se jkompli juri ġustizzja ma’ dawk li se jiġu minnhom
18 Li jżommu l-patt tiegħu
U joqogħdu attenti li jobdu l-kmandamenti tiegħu.
19 It-tron taʼ Ġeħova hu fis-sema għal dejjem;
U s-saltna tiegħu tmexxi fuq kollox.
20 Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu, li għandkom qawwa kbira,
Intom li tisimgħu minnu u tobdu l-kmandamenti tiegħu.*
21 Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu,
Li taqduh u tagħmlu dak li jrid hu.
22 Ħa jfaħħar lil Ġeħova l-ħolqien kollu tiegħu
Fil-postijiet kollha fejn imexxi.
Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.