Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.
124 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna,”
(Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)
2 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna
Meta l-għedewwa attakkawna,
3 Kienu jibilgħuna ħajjin,
Minħabba r-rabja kbira li kellhom għalina.
5 Kieku għaddew minn fuqna* bħall-mewġ qawwi.
6 Ħa jkun imfaħħar Ġeħova,
Għax hu pproteġiena mill-għedewwa li huma bħal annimali feroċi.
8 L-għajnuna tagħna tiġi mingħand Alla, li jismu Ġeħova,
Dak li Għamel is-sema u l-art.”