Salm
91 Kull min jgħix fil-post sigriet tal-Iktar Għoli
Se jsib protezzjoni taħt id-dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
2 Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-protezzjoni u l-fortizza tiegħi,
Alla tiegħi li fih nafda.”
3 Għax hu se jeħilsek mix-xibka tan-nassab,
Mill-pesta qerrieda.
Il-lealtà tiegħu se tkun bħal tarka kbira u sur.
5 Int mhux se tibżaʼ minn xi periklu mal-lejl,
Jew mill-vleġġa li ttir mal-jum,
6 Lanqas mill-pesta li tinfirex fid-dlam,
U l-qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.
9 Peress li int għedt li Ġeħova hu l-protezzjoni tiegħek
U għamilt lill-Iktar Għoli l-post fejn tgħix,*
10 Mhu se jiġi fuqek l-ebda diżastru.
L-ebda ħsara mhu se tiġi fit-tinda tiegħek.
11 Għax hu se jikkmanda lill-anġli
Biex jipproteġuk kull fejn tmur.
12 Huma se jġorruk
Ħalli ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.
13 Int se tgħaddi minn fuq iljun u kobra;
Se tgħaffeġ taħt saqajk iljun b’saħħtu u serp kbir.
14 Alla qal: “Għax iħobbni* jien se neħilsu.
Se nipproteġih għax jaf* lil ismi.
15 Hu jgħajjatli u jien inwieġbu.
Se nkun miegħu fi żmien diffiċli.
Se neħilsu u nonorah.
16 Jien se nagħtih ħajja twila
U se nurih kif se nsalvah.”